Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Aħbarijiet 25/03/2019

l-UE tlesti t-tħejjijiet għal xenarju possibbli ta' ebda ftehim fit-12 ta' April

Minħabba li qed issir aktar probabbli li r-Renju Unit se joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim fit-12 ta' April, il-Kummissjoni Ewropea llum lestiet it-tħejjijiet tagħha għal ebda ftehim.

Wara talba mill-Prim Ministru Theresa May, il-Kunsill Ewropew (Artikolu 50) qabel nhar il-Ħamis 21 ta' Marzu biex jestendi d-data tat-tluq tar-Renju Unit għat-22 ta' Mejju 2019, dment li l-Ftehim dwar il-Ħruġ jiġi approvat mill-House of Commons mhux aktar tard mid-29 ta' Marzu 2019. Jekk il-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sa dakinhar, il-Kunsill Ewropew qabel dwar estensjoni sat-12 ta' April 2019. F'dak ix-xenarju, ir-Renju Unit ikun mistenni li jindika t-triq 'il quddiem qabel din id-data.

Xenarju mingħajr ebda ftehim

F'xenarju mingħajr ebda ftehim, ir-Renju Unit se jsir pajjiż terz mingħajr arranġamenti tranżizzjonarji. Id-dritt primarju u sekondarju kollu tal-UE mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit minn dak il-mument 'il quddiem. Mhu se jkun hemm l-ebda perjodu ta' tranżizzjoni, kif previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ. Dan ovvjament se joħloq tfixkil sinifikanti għaċ-ċittadini u n-negozji. 

Miżuri leġiżlattivi ta' kontinġenza u ta' tħejjija

Sa issa, il-Kummissjoni ppreżentat 19-il proposta leġislattiva. Minnhom, 17-il proposta ġew adottati jew maqbula mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. L-adozzjoni formali ta' dawn il-fajls kollha mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għaddejja bħalissa. Żewġ proposti huma mistennija li eventwalment jiġu ffinalizzati miż-żewġ koleġiżlaturi.

Intitolamenti għas-sigurtà soċjali

l-intitolamenti (bħall-perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg (indipendenti) jew residenza fir-Renju Unit qabel il-ħruġ) ta' dawk in-nies li eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu qabel il-ħruġ tal-UE jiġu salvagwardjati. 

Avviżi ta' tħejjija

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat 90 avviż ta' tħejjija speċifiċi għas-setturi. Dawn jagħtu gwida ddettaljata għad-diversi setturi affettwati mill-Brexit. 

Ixxerja din il-paġna