Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Aħbarijiet 20/04/2015

Aġenda Soċjali – Il-politika ekonomika tal-UE fil-fażi ta' żvilupp

L-Aġenda Soċjali Nru 40 tenfasizza s-Semestru Ewropew 2015, il-proċess ta’ governanza ekonomika tal-UE.

Is-Semestru Ewropew jinsab għaddej ġmielu. Il-proċess qed jevolvi malajr u bħalissa l-fokus huwa fuq l-implimentazzjoni tar-riżultat prinċipali tas-Semestru Ewropew, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, fil-livell lokali.

L-imsieħba soċjali għandhom rwol ewlieni x’jaqdu fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet: l-investiment soċjali huwa ċentrali għall-ħruġ mill-kriżi b’mod sostenibbli u għall-prosperità futura.

L-Aġenda Soċjali Nru 40 tenfasizza wkoll        

  • is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp 2015 – opportunità biex jittejbu d-drittijiet tax-xogħol u s-sikurezza fil-fabbriki fl-industrija tal-ħwejjeġ ta’ pajjiżi żviluppati – u
  • il-fatt li issa sar qbil fuq il-biċċa l-kbira tal-programmi ta’ investiment kofinanzjati mill-UE fil-qasam tal-impjieg u l-inklużjoni soċjali u li dawn jistgħu jibdew.

Ixxerja din il-paġna