Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

27/11/2019
Gwida qasira dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema

Gwida qasira dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema

Dan il-fuljett ġie ddisinjat bħala ħarsa ġenerali ħafifa lejn ir-regoli u l-obbligi tal-UE relatati mal-istazzjonar tal-ħaddiema. Fid-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema, l-UE tistabbilixxi għadd ta’ regoli dwar l-istazzjonar, li jirreferu għall-proċess li fih l-impjegaturi jibagħtu lill-impjegati tagħhom biex iwettqu servizzi f’pajjiż ieħor tal-UE fuq bażi temporanja. Din il-gwida qasira tipprovdi l-informazzjoni essenzjali kollha dwar il-proċess tal-istazzjonar, mill-formalitajiet qabel l-istazzjonar sa dokumenti li għandhom jiġu kkunsinjati wara l-istazzjonar. Hija tiġbor ukoll fil-qosor il-punti ewlenin tad-direttiva fir-rigward ta’ aspetti prattiċi bħad-durata, l-ivvjaġġar u r-remunerazzjoni. Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli f’format stampat u online.

Catalog N. : KE-01-19-769-MT-N

Disponibbli f'  EU Publications

Ixxerja din il-paġna