Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

16/12/2016
Il-Fond Soċjali Ewropew — Ninvestu fin-nies

Il-Fond Soċjali Ewropew — Ninvestu fin-nies

Dan il-fuljett jiddeskrivi kif il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) jappoġġa lin-nies li kieku jista’ jkun li ma jkollhomx l-opportunità jattendu għal taħriġ, jiksbu kwalifiki u jsibu impjiegi tajbin. Minħabba d-daqs u l-ambitu tiegħu, il-Fond għandu influwenza kbira fuq is-suq tax-xogħol u s-soċjetà in ġenerali. F’xi pajjiżi, madwar 90 % tan-nefqa attwali għal miżuri relatati mas-suq tax-xogħol tiġi mill-FSE. Il-Fond huwa l-għodda ewlenija tal-UE biex tilħaq il-miri tagħha ta' żieda fl-impjiegi, tnaqqis tal-faqar u titjib tal-livell edukattiv mal-Unjoni kollha.

Din il-pubblikazzjoni tispjega kif jaħdem il-FSE, tippreżenta riżultati miksubin s'issa mill-perjodu ta' finanzjament tal-2007–2013 u xi eżempji mill-ħajja reali ta' kif il-Fond għen lil xi wħud mill-miljuni ta' nies li huwa jappoġġa kull sena.

Catalog N. : KE-04-16-807-MT-N

Disponibbli f'  EU Publications

Ixxerja din il-paġna