Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Denis Kučera – Is-Slovakkja

 

Denis Kučera – Is-Slovakkja.

Il-verżjoni Faċli biex tinqara ta’ dan it-test hi disponibbli hawn.

Denis Kučera huwa atleta street workout u ħallieq ta’ kontenut fuq il-media soċjali. Fl-2005, huwa ġie djanjostikat bil-kanċer tal-lynphoma non-Hodgkin, u spiċċa f’siġġu tar-roti fi żmien ftit snin minħabba l-effetti sekondarji tal-kimoterapija. Minkejja dan, huwa attenda żewġ universitajiet fl-istess ħin mill-2011. Fl-2015 ingħata lawrija ta' Master fl-istudji Ewropej u l-amministrazzjoni pubblika mill-Kulleġġ tar-Relazzjonijiet Internazzjonali u Pubbliċi ta’ Praga. Wara dan, beda jħobb l-istreet workout u qabad jiġbed il-videos tiegħu. Huwa beda bl-ewwel video tiegħu tal-istreet workout fl-2016, li nxtara minn Jukin media u beda jintuża f’kampanja tal-internet għall-film li jmiss li jismu Stronger. Huwa beda kanal fuq YouTube fl-2019 flimkien mal-għarus tiegħu, biex juri lin-nies li anke b’diżabilità tista’ tgħix ħajtek bis-sħiħ. Is-suġġetti ewlenin fuq il-kanal huma dwar kif tgħix b'diżabilità, l-intimità f'siġġu tar-roti, u kif tieħu pjaċir bħala koppja. Hu u l-għarus tiegħu bħalissa qegħdin jaħdmu fuq il-kumpanija żgħira tal-media soċjali u tal-ħolqien tal-vidjeos li huma waqqfu fl-2021.

Tista' tara l-videos tagħhom fuq YouTube
billi tikklikkja hawnhekk

Tista’ ssegwi wkoll lil Denis fuq Instagram
billi tikklikkja hawnhekk

Ixxerja din il-paġna