Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Jacob Callus – Malta

Jacob Callus
 

Il-verżjoni Faċli biex tinqara ta’ dan it-test hi disponibbli hawn.

Jacob Callus għandu 22 sena u kellu jkampa bl-awtiżmu u bid-dyscalculia tul ħajtu. Minkejja l-isfidi,huwa riċentement iggradwa b’BA Hons fir-relazzjonijiet internazzjonali mill-Università ta’ Malta, flimkien ma’ MA fil-politika, l-ekonomija u l-liġi Ewropea. Bħalissa qed iservi bħala konsulent fil-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ ta' Malta (KNŻ) u bħala uffiċjal tal-politika soċjali fil-Klabb tal-Qdif tal-Università ta’ Malta (UM Rowing). L-interessi ġenerali tiegħu jinkludu l-istorja, il-politika, l-affarijiet kurrenti u l-aħbarijiet. F’dak li għandu x’jaqsam ma' kif is-soċjetà tista’ tikseb ugwaljanza għal persuni b’diżabiltà f’Malta u f’postijiet oħra madwar id-dinja, huwa jemmen li l-vera ugwaljanza tista’ tinkiseb permezz tal-inklużjoni, l-aċċettazzjoni u t-tisħiħ. Persuni b’diżabilità m’għandhomx ikunu meqjusa bħala differenti minn oħrajn imma għandhom jiġu meqjusa bħala umani bħal ħaddieħor.

Facebook: jacob.callus.3
LinkedIn: Jacob Callus
Instagram: jacobcallus99
Twitter: jacobcallus

 

Ixxerja din il-paġna