Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Sarah Talbi – Il-Belġju

Sarah Talbi
 

Il-verżjoni Faċli biex tinqara ta’ dan it-test hi disponibbli hawn.

Sarah Talbi hija pittura, artista u ħallieqa ta’ kontenut ibbażata fil-Belġju. Twieldet mingħajr dirgħajn u ikkumpensat għad-diżabilità tagħha billi żviluppat ħila speċjali b’saqajha. Passjonata dwar il-lingwi, hija ggradwat mill-Institut Għoli ta’ Tradutturi u Interpreti ta’ Brussell, imbagħad bdiet karriera bħala traduttriċi (Ingliż-Spanjol). Fl-2014, kellha tinterrompi l-karriera tagħha minħabba raġunijiet ta’ saħħa, madankollu hija malajr skopriet passjoni għat-tpinġija u għall-pittura. Inkitbet fl-Akkademja tal-Belle Arti f’Saint-Josse (Brussell) u ħadet lezzjonijiet fl-akwarell ma’ Pierre Sentjens li sar il-parrinu tagħha fid-dixxiplina. Hija wkoll studenta fl-Iskola tal-Akwarell ta’ Namur. Fl-2018, saret omm ta’ tifla żgħira li għamlet lill-familja tagħha kuntenta. Minn dak iż-żmien, hija abbinat ir-rwol tagħha bħala omm mal-bosta passjonijiet tagħha, inkluż il-ħolqien ta’ vidjos u kontenut fuq il-media soċjali, fejn hija segwita minn aktar minn 500,000 ruħ. Hija tidher b’mod regolari fl-istampa u fuq programmi tat-TV, taqsam mad-dinja kif hija innormalizzat il-ħajja “straordinarja” tagħha.

Instagram: saritalbi
YouTube: Sarah Talbi
TikTok: sarah_talbi

Ixxerja din il-paġna