Aġenda Soċjali - L-imperattiv tal-ħiliet Il-Ħarġa 41 tar-rivista tal-Aġenda Soċjali hija ddedikata kompletament għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) u għall-ħiliet. L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet huma mod prammatiku ta’ kif jiġu indirizzati l-impjiegi u l-isfidi soċjali li qed tiffaċċja l-UE llum, billi l-bżonnijiet speċifiċi tal-persuni jittieħdu bħala punt tal-bidu. Il-ħiliet issa huma parti mill-portafoll tal-Kummissarju Ewropew Marianne Thyssen: qed jiġu adottati prijoritajiet ġodda biex jiġu modernizzati u mtejba l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali sal-2020; ingħatat spinta lill-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati; strateġija komprensiva tal-UE dwar il-ħiliet hija mistennija għall-2016. L-Aġenda Soċjali 41 tkopri dan kollu, kompluta b'artikli dwar dak li jagħmlu l-aġenziji tal-UE u l-Fond Soċjali Ewropew fil-qasam tal-ETV u tal-ħiliet.