Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Malta - Riżorsi Minimi

Dan il-kapitolu jagħti ħarsa ġenerali tal-assistenzi disponibbli f’każ li tinqala’ kontinġenza.

Meta nista' nagħmel talba għal benefiċċju?

Talba għal għajnuna soċjali tista' ssir minn persuna waħedha, minn ġenitur waħdu jew minn kap ta' familja li ma jkunx qiegħed jaħdem.

Kif nista' nikkwalifika?

Sabiex tikkwalifika għall-għajnuna (Għajnuna Soċjali), l-applikant irid ikun il-kap ta’ familja (inkluż familji ta’ persuna waħda) kif ukoll tissodisfa kemm test tad-dħul (dħul fil-ġimgħa ta’ anqas minn €100) u test tal-kapital (riżorsi tal-kapital taħt €14,000 għal persuna mhux miżżewġa u taħt €23,300 għall-koppji). Id-dħul ta' tfal li għadhom jiffurmaw parti mill-familja li jaħdmu mhumiex ikkunsidrati fit-test tal-mezzi.

Xi jmissni bi dritt u kif nista' nagħmel it-talba tiegħi?

Ir-rata ta' għajnuna soċjali tvarja skont x'jirriżulta mit-test tal-mezzi u l-membri eliġibbli tal-familja. L-ogħla rata hi ta' €121.08 flimkien ma' €8.15 oħra fil-ġimgħa għal kull membru ieħor eliġibbli fil-familja. Jekk il-familja tinkludi tfal li għadhom taħt is-sittax-il sena, ikun hemm dritt ukoll għall-ogħla rata ta' Benefiċċju għat-Tfal kif ukoll għall-Benefiċċju tal-Enerġija. Jekk ma jkunx hemm tfal taħt is-sittax-il sena, ikun hemm dritt għall-ogħla rata tal-Benefiċċju Supplimentari u għall-Benefiċċju tal-Enerġija.

L-Għajnuna Soċjali tibqa' titħallas sakemm ma jkunx hemm tibdil fiċ-ċirkustanzi li minħabba fihom, il-kriterji fit-test tal-mezzi u tal-kapital ma jibqgħux jiġu sodisfatti.

Kull talba għal din l-għajnuna tista' sseħħ f'wieħed mill-Uffiċċji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jew billi tipprintja applikazzjoni minn fuq is-sit tal-internet tad-Dipartiment.

Spjega sempliċi ta' kliem tekniku

Benefiċċju tal-Enerġija: benefiċċju biex jitnaqqas il-kont tad-dawl u l-ilma ta’ persuni illi jaqilgħu inqas mill-minimu statutorju.

Formoli li jkollok timla

Applikazzjoni għall-Għajnuna Soċjali.

Kun af id-drittijiet tiegħek

Riżorsi ta’ Malta

Pubblikazzjonijiet tal-Kummissjoni u siti elettroniċi:

Lil min għandek bżonn tikkuntattja?

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

38, Triq l-Ordinanza

Valletta, VLT 1021

Lista taċ-Ċentri tas-Sigurtà Soċjali.

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna