Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Malta - Pensjoni tal-Invalidità

Pensjoni kontributorja pagabbli lil persuni li jkunu qegħdin jaħdmu f’attività bi ħlas iżda li ma jistgħux ikomplu jaħdmu f’attività bħal din minħabba kundizzjoni medika stabbilita.

Meta nista' nagħmel talba għal benefiċċju?

Persuni li kienu impjegati jew jaħdmu għal rashom jew jirċievu benefiċċji tal-qgħad u huma ċċertifikati minn tabib mediku li minħabba mard jew problemi fiżiċi/mentali huma, b'mod permanenti, inkapaċi għal xogħol xieraq kemm full-time jew part-time għal perjodu ta' mhux iżjed minn sena mid-data tal-applikazzjoni jistgħu japplikaw għal Pensjoni tal-Invalidità.

Kif nista' nikkwalifika?

Sabiex wieħed ikun jista' jikkwalifika għal Pensjoni għall-Invalidità, l-applikant irid ikun tal-anqas ħallas 250 kontribuzzjoni u jkollu total ta’ medja ta' 50 kontribuzzjoni fis-sena bħala impjegat jew bħala persuna taħdem għal rasha. F'każ li l-medja ta' kontribuzzjonijiet imħallsa fis-sena tkun bejn 20 u 49, japplikaw rati mnaqqsin tal-pensjoni.

Xi jmissni bi dritt u kif nista' nagħmel it-talba tiegħi?

L-ammont tal-Pensjoni għall-Invalidità jvarja skont in-numru ta' kontribuzzjonijiet imħallsa, skont jekk il-persuna assigurata hijiex miżżewwġa u/jew persuna waħedha kif ukoll jekk għandiex dritt għal Pensjoni tas-Servizz.

Ir-rati jiġu riveduti skont l-għoli tal-ħajja u l-pagi. Ir-rata mhux ibbażata fuq in-numru ta’ tfal dipendenti.

L-ogħla rata pagabbli hi ta’ €183.90 u l-aktar baxxa hi ta’ €145.16 meta l-inkapaċità ta’ persuna biex taħdem titqies bħala severa. Meta l-inkapaċità ma tiġix ikkunsidrata hekk,l-ogħla rata ta’ €171.06 fil-ġimgħa titħallas għal persuna miżżewwġa u €151.80 għal persuna waħedha.

L-ogħla rata għal persuna miżżewwġa li wkoll għandha dritt tirċievi Pensjoni tas-Servizz minn min kien iħaddimha qabel hi ta' €127.26 fil-ġimgħa filwaqt illi l-ogħla rata għal persuna waħedha li għandha dritt tirċievi Pensjoni tas-Servizz hi ta' €114.11.

Spjega sempliċi ta' kliem tekniku

Pensjoni tas-Servizz: pensjoni kull xahar imħallsa lil impjegatur preċedenti.

Formoli li jkollok timla

L-applikant għandu jissottometti l-applikazzjoni għal Pensjoni tal-Invalidità li tista’ timtela online permezz tas-sit web www.socialsecurity.gov.mt flimkien maċ-ċertifikat taż-żwieġ (f'każ li ż-żwieġ mhuwiex irreġistrat fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta) u dokumenti li juru l-kontribuzjonijiet u l-qliegħ minn impjieg matul l-aħħar sentejn.

Il-każijiet tal-Pensjoni għall-Invalidità jiġu riveduti minn żmien għal żmien skont il-parir tat-tobba tal-Bord Mediku maħtur mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Kun af id-drittijiet tiegħek

Riżorsi ta’ Malta

Is-sit web tal-Kummissjoni

Lil min għandek bżonn tikkuntattja?

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

38, Triq l-Ordinanza

Valletta, VLT 1021

Lista taċ-Ċentri tas-Sigurtà Soċjali.

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna