Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Ċipru

Nota: Il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea mhijiex valida fin-naħa ta' fuq ta' Ċipru ("Repubblika Torka tat-Tramuntana ta’ Ċipru"). Għandek tixtri assikurazzjni tas-saħħa privata qabel tmur f'din il-parti tal-pajjiż.

Emerġenza

  • Ċempel il-112

Il-Ministeru tas-Saħħa
Tel: +357 22 605300
Email: sstratis@moh.gov.cy


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Bil-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea, tista' tmur għand tobba li jipprattikaw fiċ-ċentri pubbliċi tal-kura tas-saħħa.
  • Tiġi ċċarġjat tariffa standard żgħira għal kull vista.

Dentisti

  • Bil-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea, tista' tmur għall-kurata' emerġenza għand dentisti li jipprattikaw fiċ-ċentri tal-kura tas-saħħa tal-istat.
  • Tiġi ċċarġjat tariffa standard żgħira għal kull vista.

Kura fi sptar

  • Tista' tiddaħħal l-isptar għall-kura in-patient biss jekk jirreferik tabib tas-sistema pubblika jew jekk tidħol mid-dipartiment tal-aċċidenti u l-emerġenza ta' sptar statali.

Riċetti tat-tabib

  • Il-mediċina hija b'xejn jekk ir-riċetta tinħareġ minn tabib tal-istat.
  • Ir-riċetta trid timtela minn spiżerija tal-istat inkella teħel il-flus.

Ambulanza

  • It-trasport bl-ambulanza huwa bla ħlas jekk turi l-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tiegħek

Ambulanza bl-ajru

  • Il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea ma tkoprilekx it-trasport bl-ambulanza tal-ajru.
  • L-ispejjeż ma hemmx rimborż għalihom.

Rimborż

  • M'hemmx rimborżi. Ikollok tħallas l-ispejjeż ta' sehmek biss.
  • Jekk kellek tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

Persuni intitolati għall-benefiċċji tas-saħħa jħallsu

  • €3 għal vista tat-tabib
  • €6 għal vista ta' speċjalist
  • €0.50 għal kull prodott farmaċewtiku bir-riċetta
  • €0.50 għal kull test f'laboratorju

Hemm tariffa massima ta' €10 għal kull riċetta jew formola ta' preskrizzjoni għal test f'laboratorju.

Il-pazjenti li jmorru fid-Dipartment tal-Aċċidenti u tal-Emerġenza jħallsu €10, ikun xi jkun is-servizz li jirċievu.


Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija


Kif napplika għal EHIC?


Fejn jaċċettaw l-EHIC


Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għad-detenturi tal-EHICs li jinħarġu f'Ċipru

Il-Ministeru tas-Saħħa

Tel: +357 22 605300

Email: sstratis@moh.gov.cy

Ixxerja din il-paġna