Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Aħbarijiet 30/10/2015

Aġenda Soċjali – Il-qgħad fit-tul

L-Aġenda Soċjali Nru 42 tippreżenta l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġi indirizzat il-qgħad fit-tul.

Għal dawk li ilhom qiegħda għal żmien twil, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi qafas Ewropew sabiex jaqbdu t-triq lura għax-xogħol, b'valutazzjoni komprensiva bejn 12 u 18-il xahar ta' qgħad, persuna ta' kuntatt unika għall-aspetti kollha tal-ħajja u ftehim kuntrattwali dwar ir-ritorn lura għax-xogħol.

L-Aġenda Soċjali Nru 42 tippreżenta din il-proposta minn diversi angoli. Din għandha similaritajiet mal-Garanzija għaż-Żgħażagħ li, sentejn wara t-tnedija tagħha, ħolqot fokus u momentum. Din il-ħarġa tal-Aġenda Soċjali tispjega wkoll ir-rivoluzzjoni ta' simplifikazzjoni tal-FSE li tinsab għaddejja u kif is-sena Ewropea għall-iżvilupp 2015 hija relatata mal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni.

Ixxerja din il-paġna