Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Il-konkors #lovemyapprenticeship: u r-rebbieħ huwa...

Il-konkors #lovemyapprenticeship: u r-rebbieħ huwa...
  • Agħmillu tweet Agħmillu share fuq Facebook Agħmillu share fuq google+

Grazzi tal-parteċipazzjoni tiegħek fil-konkors tagħna #lovemyapprenticeship - kompetizzjoni tar-ritratti u vidjows għall-apprendisti madwar l-Ewropa. Irċevejna aktar minn 180 applikazzjoni!

Ma kinitx faċli li nagħżlu rebbieħ minn fost l-Aqwa 10 tagħna, iżda r-ritratt mimli kuluri u vibranti ta' Rúben Salazar kien dak li impressjona b'mod partikolari lill-ġurija tal-Kummissjoni Ewropea, u dalwaqt se jkun qed jitgħallem lingwa ġdida f'pajjiż barrani. Nifirħulek Rúben!

Nifirħu wkoll lil Enrique Lorente, talli kiseb l-ikbar ammont ta' likes fil-kompetizzjoni, u lil Noemí García Iglesias għall-aqwa rakkontar tal-istejjer fl-Aqwa 10. It-tnejn sejrin jirbħu premju ta' konsolazzjoni għall-isforzi tagħhom!

Agħti titwila lejn l-applikazzjonijiet kollha: