Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

minn Sabine Jülicher, id-Direttur għas-Sikurezza Alimentari u l-Għalf, Innovazzjoni, DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari, il-Kummissjoni Ewropea

minn Sabine Jülicher, id-Direttur għas-Sikurezza Alimentari u l-Għalf, Innovazzjoni, DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari, il-Kummissjoni Ewropea

L-interferenti endokrinali huma sustanzi, kemm naturali kif ukoll kimiċi, li jistgħu jbiddlu l-funzjoni tas-sistema ormonali fil-bniedem u fl-annimali u jikkawżaw effetti avversi għas-saħħa tat-tnejn li huma.

L-UE ilha s-snin tittratta l-interferenti endokrinali permezz tal-leġiżlazzjoni fis-setturi bħal dawk tas-saħħa tal-bniedem (inklużi l-konsumaturi u l-ħaddiema), is-saħħa tal-annimali, l-ikel u l-għalf u l-ambjent.

Barra minn hekk, l-UE għandha waħda mill-aktar sistemi stretti fid-dinja għall-valutazzjoni tal-pestiċidi u tal-bijoċidi, li permezz tagħha mijiet ta' sustanzi għaddejjin jew għaddew minn proċess strett ta' valutazzjoni xjentifika.

Dan l-approċċ prekawzjonarju kompla jissaħħaħ fil-15 ta' Ġunju meta l-Kummissjoni pproponiet lill-koleġiżlaturi biex jadottaw approċċ b'bażi xjentifika soda biex jidentifikaw l-interferenti endokrinali u biex japprovaw id-definizzjoni ta' interferent endokrinali, mogħtija mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, bħala "sustanza jew taħlita eżoġena li tbiddel il-funzjoni(ijiet) tas-sistema endokrinali u konsegwentement tikkawża effetti ħżiena fuq is-saħħa f’organiżmu intatt, jew fil-wild tiegħu, jew f’(sub)popolazzjonijiet."

B'mod konkret, il-Kummissjoni ppreżentat żewġ abbozzi ta' atti legali bi kriterji xjentifiċi li se jiżguraw identifikazzjoni aktar preċiża tas-sustanzi kimiċi li huma interferenti endokrinali f'żewġ oqsma: il-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti u l-bijoċidi. Dawn il-kriterji jispeċifikaw li l-interferenti endokrinali jeħtiġilhom jiġu identifikati billi tintuża l-evidenza xjentifika rilevanti kollha, billi jintuża approċċ ta' "piż ta' evidenza" u billi jiġi applikat rieżami sistematiku sod.

Meta dawn l-atti jiġu adottati mill-Istati Membri, is-sistema regolatorja tal-UE se tkun l-ewwel sistema regolatorja fid-dinja li tiddefinixxi l-kriterji xjentifiċi tal-interferenti endokrinali fil-leġiżlazzjoni. Dan jikkonferma l-impenn tal-Kummissjoni biex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Endocrine disruptors

Aktar dwar din it-tema