Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Taħdem f'pajjiż ieħor tal-UE

© Anya Berkut

Bħala ċittadini tal-Unjoni Ewropea, int għandek il-jedd li taħdmu jew tfittex impjieg f'pajjiż ieħor tal-UE. Bħalissa hemm 17-il miljun ċittadin tal-UE li jgħixu jew jaħdmu barra minn pajjiżhom. L-UE tippromwovi kundizzjonijiet ta’ impjieg ġusti għan-nies li jaħdmu barra minn pajjiżhom, bħala parti mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Dan is-sit jipprovdik b'tagħrif dwar id-drittijiet tal-ħaddiema li jmorru minn pajjiż għal ieħor fl-UE u d-drittijiet l-oħra li għandhom x'jaqsmu, kif ukoll dwar ir-restrizzjonijiet li japplikaw għall-ħaddiema mill-pajjiżi li ssieħbu fl-UE dan l-aħħar.

Issib ukoll ħarsa ġenerali qasira tad-drittijiet taċ-ċittadini minn pajjiżi mhux fl-UE dwar ix-xogħol f'pajjiż tal-UE.

Apparti minn hekk noffru dettalji dwar il-kondizzjonijiet li japplikaw jekk il-kumpanija tiegħek tibgħatet taħdem temporanjament fi Stat Membru ieħor.

In-netwerk EURES, b'aktar minn 1000 konsulent EURES u l-portal web EURES b'offerti ta' xogħol u parir siewi, huma disponibbli biex jgħinuk issib impjieg u biex tħejji ruħek biex tmur pajjiż ieħor.

L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) tiżgura li r-regoli tal-UE dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali jiġu infurzati b’mod ġust u effettiv.

Ixxerja din il-paġna