Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Ir-Rumanija

Emerġenzi

Ċempel 112

Casa Nationala de Asigurari de Sanatate (Uffiċċju tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Nazzjonali )

Tel: +40 372 309 255+40 372 309 105; +40 372 309 250

https://www.cardeuropean.ro


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Sabiex tibbenefika mill-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC) ikkonsulta tabib tal-familja jew speċjalista li jaħdem għal fornitur tal-kura tas-saħħa b’kuntratt ma’ uffiċċju lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa.
  • Indirizzi tal-fornituri tal-kura tas-saħħa - staqsi uffiċċju lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa. Dawn tista’ ssibhom ukoll fis-sit web tal-uffiċċji tal-assikurazzjoni tas-saħħa: https://cnas.ro/informatii-publice-lista-furnizoriilor-de-servicii-medicale-din-romania
  • M’hemmx għalfejn tħallas għall-kura peress li l-uffiċċju lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa jħallas lill-fornitur tal-kura tas-saħħa għall-kura li tingħata abbażi tal-EHIC.

Dentisti

  • Biex tingħata kura dentali ta’ emerġenza abbażi tal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC) ikkonsulta dentist b'kuntratt ma' uffiċċju lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa.
  • Indirizzi tal-fornituri ta' servizzi ta’ kura tas-saħħa dentali - staqsi ċentru lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa. Dawn tista’ ssibhom ukoll fis-siti web tal-uffiċċji tal-assikurazzjoni tas-saħħa.
  • M’hemmx għalfejn tħallas għall-kura peress li l-uffiċċju lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa jħallas lill-fornitur tal-kura dentali għas-servizzi dentali ta’ emerġenza li jingħataw abbażi tal-EHIC.

Kura fi sptar

  • Biex tibbenefika mill-kura fl-isptar abbażi tal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC) mur fi sptar li jopera b'kuntratt ma' uffiċċju lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa.
  • Peress li għandek EHIC, int intitolat għal din il-kura tal-isptar:
    • Kura tas-saħħa in-patient għal:
      • emerġenza medika jew kirurġika, jekk tkun fil-periklu li titlef ħajtek jew hemm ir-riskju ta’ dan, sakemm l-emerġenza tkun għaddiet
      • mard li jista’ jkun kontaġġjuż, u li jeħtieġ l-iżolazzjoni/il-kwarantina sakemm tissolva kompletament il-problema
      • twelid.
    • Kura out-patient li tinvolvi:
      • emerġenzi mediċi li jeħtieġu operazzjoni
      • kura għal marda li hi parti minn epidemija, li ma teħtieġx li l-pazjent jinżamm f’iżolazzjoni.
      • servizzi ta’ kimoterapija mmonitorjati fil-kura tal-jum.

M’għandikx bżonn biljett ta’ ammissjoni għal dawn it-tipi ta’ kura fi sptar. Kollox jitħallas mill-uffiċċju lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa.

Riċetti tat-tabib

  • Id-detenturi tal-EHIC jistgħu jiksbu mediċina b’kontribuzzjoni personali u mingħajrha bħala outpatients, minn spiżerija b’kuntratt għal uffiċċju lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa, abbażi ta’ riċetta tat-tabib maħruġa minn tabib b’kuntratt ma’ dar lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa.
  • It-tobba jistgħu jippreskrivu medikazzjoni mil-lista ta’ mediċini li jinkludu s-sublisti A, B, C u D, u t-taqsimiet C1, C2 u C3 tas-sublista C. Il-kost tal-mediċini huwa kopert sal-perċentwali li ġejjin tal-prezz ta’ referenza:
    • sublista A - 90%
    • sublista B - 50%
    • sublista C (taqsimiet C1 u C3) - 100%. Il-mediċini elenkati fit-taqsima C2 huma koperti mill-kumpaniji tal-assikurazzjoni tas-saldu finali.
    • sublista D - 20%

Għajnuna u trasport mediku ta’ emerġenza

Dawk li għandhom EHIC għandhom id-drittijiet li ġejjin:

  • Konsultazzjonijiet ta' emerġenza id-dar għal emerġenzi li jeħtieġu operazzjoni
  • Trasport tas-saħħa mhux assistit:
    • F’każ ta’ mewt, trasport lejn il-post u lura għat-tabib li jistabbilixxi l-fatalità u li joħroġ iċ-ċertifikat tal-mewt li hu rekwiżit legali. Dan japplika nhar ta’ Ġimgħa, Sibt, Ħadd u festi pubbliċi.
    • L-ekwipaġġ ta' emerġenza li jiġi fid-dar tal-pazjent u, jekk ikun hemm bżonn, it-trasport għal pazjenti li mhumiex f’kundizzjoni kritika u li ma jeħtiġux monitoraġġ mediku jew kura tas-saħħa speċjali huma u sejrin lejn l-unità tas-saħħa, jekk is-sitwazzjoni jew il-kundizzjoni medika tagħhom tirrikjedi kura tas-saħħa speċjali li ma tistax tingħata d-dar.

Dawn is-servizzi jingħataw mill-unitajiet speċjalizzati privati li joperaw b'kuntratt mal-uffiċċji lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa.

Ambulanza

Is-servizzi ta’ emerġenza jingħataw minn

Ambulanza bl-ajru

  • Is-servizzi tal-ambulanza bl-ajru jingħataw fit-territorju Rumen u f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza estremi biss.

Rimborż

  • Is-servizzi tal-kura tas-saħħa normalment ikunu b'xejn, għalhekk m'hemmx sistema ta' rimborż għal min ikollu l-EHIC.
  • Pagamenti addizzjonali (li jitħallsu direttament minn min għandu EHIC):
    1. Il-valur ta’ kwalunkwe servizz mediku mhux inkluż fil-pakkett tas-servizzi mediċi li hu intitolat għalih kull min għandu EHIC.
    2. Il-valur ta’ servizzi mediċi mgħotija minn tobba/fornituri li tas-saħħa li m’għandhomx kuntratt ma’ ċentru lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa.
    3. Il-valur tas-servizzi mediċi pprovduti fuq talba.
    4. Kontribuzzjoni personali għall-kura fl-isptar, jekk il-pazjent jitlob ikliet u akkomodazzjoni f’livell ta’ kumdità ogħla minn dak standard. Tariffa tal-isptar għal kura medika in-patient taħt is-sistema ta’ kopagament. Għal aktar dettalji, ara t-taqsima “Kontribuzzjoni tal-pazjent” hawn taħt.
    5. Kontribuzzjoni personali f’każ ta’ rikoveru fi sptar kontinwu fi sptar privat b’kuntratt ma’ uffiċċju tal-assikurazzjoni tas-saħħa lokali - li tirrappreżenta d-differenza bejn ir-rata mitluba mill-isptar u r-rata mħallsa mill-kumpanija tal-assikurazzjoni tas-saħħa.
    6. Il-prezz ta’ kwalunkwe medikazzjoni li mhijiex koperta mis-sistema tal-assikurazzjoni tas-saħħa.
    7. Il-prezz ta’ kwalunkwe medikazzjoni mogħtija minn spiżeriji li m’għandhomx kuntratt ma’ ċentru lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa.
    8. Kontribuzzjoni personali għall-medikazzjoni:
    • Għas-sublista A: id-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ bl-imnut u 90% tal-prezz ta’ referenza
    • Għas-sublista B: id-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ bl-imnut u 50% tal-prezz ta’ referenza
    • Għas-sublista D: id-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ bl-imnut u 20% tal-prezz ta’ referenza.
    • Għas-sublista C: id-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ bl-imnut u l-prezz ta’ referenza għat-taqsimiet C1 u C3, u d-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ bl-imnut u s-saldu finali għat-taqsima C2.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

  • Għal servizzi mediċi tal-isptar waqt kura in-patient, kull unità tal-isptar bis-sodod tistabbilixxi l-livell ta’ kopagament tagħha, li jvarja bejn 5 u 10 lei.
  • Jekk tinżamm l-isptar f’emerġenza, mhux se tintalab tagħmel kopagament fi flus kontanti.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

Dijaliżi

  • Dawk li għandhom EHIC jistgħu jibbenefikaw minn dijaliżi bl-istess kundizzjonijiet bħal persuni assikurati skont l-assikurazzjoni tal-kura tas-saħħa fir-Rumanija.
  • Taħt il-programm nazzjonali għall-għoti tad-dijaliżi għal pazjenti b'insuffiċjenza renali kronika, is-servizzi relatati mad-dijaliżi huma assikurati. Dawn jinkludu:
    • stimulanti eritropoetiċi (epoetin, darbepoetin), preparazzjonijiet tal-ħadid, heparins frazzjonati jew mhux frazzjonati, kelaturi tas-sevelamerum, agonisti tar-riċettur tal-vitamina D, (alfakalċidol, calcitriol, paricalcitol), calcimimetics (cinacalcet), investigazzjonijiet fil-laboratorju speċifiċi, kif ukoll trasport mhux mediku għall-pazjenti tad-dijaliżi tad-demm minn u lejn darhom, it-trasport ta’ kull xahar ta’ mediċini u materjal sanitarju u dijaliżi periteonali f’dar il-pazjent.
  • Is-servizzi tad-dijaliżi jingħataw mill-fornituri pubbliċi jew privati li joperaw b'kuntratt mal-uffiċċji lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa. Tista’ ġġib l-indirizzi tal-fornituri tas-servizz tad-dijaliżi minn wieħed minn dawn iċ-ċentri.

Terapija tal-ossiġenu

  • Min għandu EHIC jista’ jibbenefika minn terapija tal-ossiġenu waqt li jkun fl-isptar jekk jirċievi għajnuna medika għal żmien kontinwu fl-isptar.
  • Din it-tip ta’ għajnuna medika tiġi rimborżata mill-uffiċċji lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa.
  • Japplikaw il-kundizzjonijiet deskritti taħt "Kura fi sptar".

Radjoterapija

  • Dawk li għandhom EHIC jistgħu jirċievu servizzi tar-radjoterapija bl-istess kundizzjonijiet bħal persuni assikurati skont l-assikurazzjoni tal-kura tas-saħħa fir-Rumanija.
  • Is-servizzi tar-radjoterapija (radjoterapija b’ortogonali, radjoterapija tal-aċċeleratur lineari 2D, aċċeleratur lineari 3D, radjoterapija IMRT, brakiterapija) huma pprovduti taħt is-sottoprogramm tar-Radjoterapija għal pazjenti b’mard onkoloġiku u mwettqa matul il-jum fl-isptar, u jinkludu s-servizzi mwettqa jew dokumenti maħruġa f’konnessjoni mill-qrib u għall-fini tat-twettiq ta’ dak is-servizz mediku.
  • Is-servizzi tar-radjoterapija huma pprovduti minn unitajiet tas-saħħa pubblika bi strutturi tal-profil, unitajiet sanitarji privati awtorizzati / approvati u akkreditati jew reġistrati fil-proċess ta’ akkreditazzjoni, kif ukoll minn unitajiet sanitarji li jappartjenu għall-ministeri b’network sanitarju tagħhom stess (li għandhom strutturi f’relazzjoni kuntrattwali mal-uffiċċju tal-assikurazzjoni tas-saħħa nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-programm tas-saħħa nazzjonali). Il-lista tal-unitajiet tinsab fis-sit web tal-uffiċċju tal-assikurazzjoni tas-saħħa.

Kimoterapija

  • Dawk li għandhom EHIC jistgħu jirċievu l-kimoterapija b’monitoraġġ ta’ kuljum.
  • Dawk li għandhom EHIC jistgħu jibbenefikaw minn trattament speċifiku għal pazjenti b'mard tal-kanċer skont il-Programm sekondarju tat-trattament ta' pazjenti b'mard onkoloġiku li jassigura l-għoti taċ-ċitostatiċi, l-immunomodulaturi, l-ormoni, il-fatturi tat-tkabbir u l-inibituri tal-osteoklastiċi.
  • Il-medikazzjoni tingħata skont riċetta tat-tabib magħmula minn tabib speċjalizzat li jaħdem b’kuntratt ma’ uffiċċju lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa. Tista’ ġġibha minn spiżerija li tappartjeni għal waħda mill-unitajiet mediċi inklużi fil-programm sekondarju, jew mill-ispiżeriji ta’ ċirkwit miftuħ. It-tobba jippreskrivu l-medikazzjoni mit-taqsima tas-sublista C2.
  • Tista’ ssib il-listi tal-unitajiet mediċi, tal-ispiżeriji b’ċirkwit miftuħ u tal-ispeċjalisti li jaħdmu b’kuntratt mal-uffiċċji lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa fuq is-sit web tal-uffiċċji lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek.

Id-detenturi tal-EHIC jistgħu jirċievu mediċini speċifiċi mogħtija taħt il-Programm Nazzjonali tad-Dijabete u l-Programm Nazzjonali dwar it-Trattament tal-Emofilja u t-Thalassemija.


Kif napplika għal EHIC?

  • Jekk int assikurat, tista' tibgħat applikazzjoni lill-uffiċċju lokali tal-assikurazzjoni tas-saħħa u titlobhom joħorġulek l-EHIC. 
  • Jekk l-applikazzjoni tiġi approvata, l-EHIC tinħariġlek fi żmien 7 ijiem mill-ġuranta tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni.
  • Informazzjoni dwar kif tibgħat applikazzjoni għal EHIC (bir-Rumen)

Fejn jaċċettaw l-EHIC


Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fir-Rumanija

Casa Nationala de Asigurari de Sanatate (Uffiċċju tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Nazzjonali )
Tel: +40 372 309 236(262)(182)
Email: relpubl1@casan.ro

Ixxerja din il-paġna