Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Il-Polonja

Emerġenza

Ċempel id-999 jew il-112
Centrala Narodowego Funduszu Zdrowia (NFZ) - (Uffiċċju Ċentrali tal-Fond Nazzjonali tas-Saħħa - Dipartiment għall-Affarijiet Internazzjonali)
Tel: +48 (22) 572 62 68
Email: ca17@nfz.gov.pl

NFZ infoline: +48 22 125 66 00, +48 800 190 590 (bil-Polakk biss)


Kura, kopertura u spejjeż

F'emerġenza

F'każ ta' theddida għal saħħtek jew għal ħajtek f'daqqa waħda, jingħataw servizzi mediċi ta' emerġenza minn tim tas-servizzi mediċi ta' emerġenza. L-assistenza li tingħata mill-gruppi tas-servizzi mediċi ta' emerġenza hi bla ħlas.

Għas-servizzi kollha tal-kura tas-saħħa l-oħrajn, fittex il-logo tal-Fond Nazzjonali tas-Saħħa (NFZ) biex issib fornitur tal-kura tas-saħħa li jaħdem mas-sistema tal-istat.

Tobba - il-kura tas-saħħa primarja

  • Il-kliniki tat-tobba normalment jiftħu mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-8 ta' filgħodu sas-6 ta' filgħaxija.
  • Wara s-6 ta’ filgħaxija matul il-ġimgħa, fil-weekends u matul il-vaganzi, hi disponibbli kura medika matul 24 siegħa mill-fornituri tas-servizzi tal-kura tas-saħħa li jaħdmu b'kuntratti għall-NFZ sabiex jipprovdu servizzi tal-kura tas-saħħa ta' billejl u matul il-vaganzi.
  • Tista' ssib l-indirizzi kif ukoll in-numri tat-telefown:
    • fis-sit web tal-NFZ (bil-Pollakk biss),
    • fi sptarijiet, kliniki u postijiet fejn it-tobba jaraw il-pazjenti li jipprovdu kura tas-saħħa primarja b’kuntratt mal-NFZ.

Dentisti

  • Billi d-dentisti spiss joffru kemm kura pubblika kif ukoll privata, is-servizzi pubbliċi jistgħu ma jkunux disponibbli fil-ġranet kollha tal-ġimgħa. Il-kliniki tad-dentisti għandhom jiddikjaraw il-ġranet u l-ħinijiet meta s-servizzi pubbliċi huma disponibbli - iċċekkja minn qabel.
  • Fil-kliniki tad-dentisti ssib lista ta' servizzi u ta' materjali tas-snien ipprovduti bla ħlas skont il-liġi Pollakka. Id-dentisti mhumiex awtorizzati li jimponu xi tariffa addizzjonali għall-benefiċċji elenkati. Madankollu, ikollok tħallas għal kull kura u/jew materjali li mhumiex fil-lista. L-ispejjeż għalihom ma jiġux rimburżati fil-Polonja.

Kura fi sptar

  • Jeħtieġlek riferiment minn tabib biex tiddaħħal l-isptar, sakemm ma timradx f'daqqa waħda jew ma tkunx involut f'aċċident jew kwalunkwe emerġenza oħra.
  • Mur fi sptar li għandu kuntratt mal-NFZ (il-parti l-kbira tal-isptarijiet). Il-logo tal-Fond Nazzjonali tas-Saħħa (NFZ) normalment ikun jidher fuq il-bini.
  • Tista' wkoll tistaqsi l-fergħa reġjonali tal-Fond Nazzjonali tas-Saħħa għall-għajnuna biex issib il-fornitur xieraq tal-kura tas-saħħa.
  • L-operazzjonijiet kirurġiċi, it-testijiet dijanjostiċi, il-mediċini, l-apparati mediċi u l-ikel adattat għall-kura tas-saħħa huma bla ħlas waqt li tkun fl-isptar.

Riċetti

  • Uri r-riċetta u l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tiegħek fl-ispiżerija.
  • Għall-biċċa l-kbira tal-mediċini bażiċi jkollok tħallas ammont b'rata fissa. Mediċini oħra huma rimborżati f'rati differenti sa ċertu limitu u jkollok tħallas il-bilanċ. L-informazzjoni ġenerali dwar ir-rimborż hija disponibbli fuq is-sit web tal-Informazzjoni tal-Gvern (bil-Pollakk biss).
  • Jekk il-mediċina tiegħek mhix fuq il-lista ta' mediċini rimborżabbli, trid tħallas il-prezz kollu.

Rimborż

Jekk ikollok tħallas għall-kura medika, ikkuntattja lill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

  • Servizzi mogħtija minn ċentri tal-kura medika, faċilitajiet ta' infermerija u tal-kura jew istituzzjonijiet tar-riabilitazzjoni medika – ikollok tħallas l-ispejjeż tal-ikel u tal-akkomodazzjoni.
  • Kura fi spa – għall-kura tas-saħħa fi klinika ta’ spa se jkollok tħallas parti mill-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel. Dan l-ammont jiddependi fuq l-istandard tal-kamra tiegħek u t-tul ta’ żmien li tqatta’ hemm. L-ammont dovut hu ddeterminat mill-Ministeru tas-Saħħa.
  • Trasport – int intitolat li tiġi ttrasportat bl-ambulanza sal-eqreb unità tal-kura tas-saħħa u lura fuq ordni ta’ tabib li hu kopert mill-assigurazzjoni medika tiegħek jew ta’ tabib / kirurgu ffinanzjat mill-istat, f’dawn il-każijiet:
    • Jekk ġie deċiż li għandek bżonn kura immedjata f'istituzzjoni tal-kura tas-saħħa.
    • Jekk jeħtieġlek iżżomm il-kura eżistenti, u tnaqqsitlek il-mobbiltà tiegħek, għalhekk m’intix f’sitwazzjoni li tuża t-trasport pubbliku.

F’każ ta’ aċċident jew emerġenza, l-assistenza tingħata bla ħlas mill-gruppi tas-servizzi mediċi ta' emerġenza.

F’każijiet li mhumiex elenkati hawn fuq, ikollok tħallas 60% jew 100% tal-ispejjeż.


Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

Irid ikollok riferiment mit-tabib li jkun qed jarak taħt l-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali tiegħek.

Kif napplika għal EHIC?


Fejn jaċċettaw l-EHIC

Lista ta’ tobba u sptarijiet (bil-Pollakk biss)

Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fil-Polonja

Centrala Narodowego Funduszu Zdrowia (NFZ) - Departament Współpracy Międzynarodowej
Tel: +48 (22) 572 62 68
Email: ca17@nfz.gov.pl

 

 

Ixxerja din il-paġna