Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

minn Ana França, Koordinatur Nazzjonali tat-Trapjanti, l-Istitut Portugiż tad-Demm u t-Trapjanti

minn Ana França, Koordinatur Nazzjonali tat-Trapjanti, l-Istitut Portugiż tad-Demm u t-Trapjanti

It-trapjant huwa wieħed mis-suċċessi mediċi tas-seklu 20 u ħafna drabi huwa l-uniku trattament effettiv meta organu jieqaf jiffunzjoni b'mod terminali. Iżda huwa possibbli li jiġu salvati l-ħajjiet permezz tat-trapjant jekk ikun hemm biżżejjed organi għat-trapjanti.  Fl-Unjoni Ewropea madwar 65,000 persuna kienu qed jistennew trapjant fl-2014, u bħala medja mietu 10 minnhom kuljum waqt li jkunu qed jistennew.  U kemm ħajjiet setgħu ġew salvati kieku aktar nies kienu jafu dwar il-ħtieġa kbira għad-donazzjonijiet tal-organi jew sempliċement taw il-kunsens tagħhom biex isiru donaturi?

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa jaħdmu mal-Istati Membri biex iżidu n-numru ta’ donaturi tal-organi, itejbu s-sistemi tat-trapjanti u biex jiżguraw il-kwalità u s-sikurezza tal-proċeduri tat-trapjanti. Fl-2010, ġiet adottata d-Direttiva 2010/53/UE għal standards ta’ kwalità u sikurezza ta’ organi umani maħsuba għat-trapjant u barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea tikkofinanzja, permezz tal-Programm tas-Saħħa tal-UE, diversi proġetti fil-qasam u titgħallem minn prattiki tajbin.

Biex jiżdied l-għarfien dwar id-donazzjoni tal-organi, il-Kunsill tal-Ewropa jorganizza wkoll, flimkien ma’ pajjiż ospitanti, il-Jum Ewropew tad-Donazzjoni tal-Organi (EODD) kull sena fit-tieni Sibt ta' Ottubru. Din is-sena Liżbona ċċelebrat l-EODD b’kunċert ta’ mużika klassika, ċerimonja uffiċjali u sessjoni xjentifika, fejn ġew diskussi diversi temi relatati mad-donazzjoni tal-organi jew it-trapjant lil hinn mill-immunoloġija.

L-attivitajiet fit-toroq għall-pubbliku ġenerali kienu kkaratterizzati minn ħafna attivitajiet ta’ żfin u mużika, li jinvolvu NGOs bħal assoċjazzjonijiet tal-pazjenti. Aħna nużaw sit web, il-Facebook u YouTube, u għandna bosta ambaxxaturi li jagħmlu l-parti tagħhom biex jilħqu lin-nies u jinfurmawhom dwar din iċ-ċelebrazzjoni.

Lill-parteċipanti kollha, lid-donaturi, lill-familji tad-donaturi u lid-donaturi futuri li l-ġenerożità tagħhom se tagħti r-rigal tal-ħajja - Obrigado!  (Grazzi!)