Organi

Id-disponibbiltà ta' organi ta' donaturi spiss hija kwistjoni ta' ħajja jew mewt għall-pażjenti li jkollhom bżonn trapjant. Issa li t-trapjanti saru teknika komuni, wieħed mill-fatturi prinċipali li jillimita l-għadd ta' trapjanti huwa n-nuqqas ta' organi.

Il-Komunikazzjoni dwar id-donazzjoni u t-trapjanti tal-organipdf adottata mill-Kummissjoni fl-2007, u l-valutazzjoni tal-impatt Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) , identifikaw l-isfidi politiki ewlenin għad-donazzjoni u t-trapjant tal-organi. Dawn jinkludu:

  • l-iżgurar tal-kwalità u s-sigurtà tal-organi umani
  • iż-żieda fid-disponibbiltà tal-organi
  • it-titjib fl-effiċjenza u l-aċċessibbiltà tas-sistemi tat-trapjanti fl-UE

Konsultazzjoni pubblika uriet l-appoġġ mifrux għall-inizjattivi tal-UE f'dan il-qasam.

F'Diċembru 2008, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttivapdf li tiddefinixxi l-ħtiġijiet ta' kwalità u sigurtà tal-organi umani għat-trapjant, u pjan ta' azzjonipdf(251 KB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) biex itejjeb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Direttiva dwar l-istandards ta' kwalità u sigurtà tal-organi umani għat-trapjant Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) fis-7 ta' Lulju 2010. Din tistabbilixxi l-ħatra ta' Awtoritajiet Kompetenti fl-Istati Membri kollha, l-awtorizzazzjoni ta' ċentri u attivitajiet ta' akkwist u trapjant, is-sistemi ta' traċċabbiltà, kif ukoll ir-rappurtaġġ ta' avvenimenti jew reazzjonijiet avversi serji. Barra minn hekk, id-Direttiva se tistabbilixxi l-ħtiġijiet għat-trasport sikur tal-organi u għall-karatterizzazzjoni ta' kull donatur u organu. L-Istati Membri għandhom jittrasponu l-ħtiġijiet tad-Direttiva sas-27 ta' Awwissu 2012.

Applikazzjonijiet mediċi Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Leġiżlazzjoni u linji gwida Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Implimentazzjoni/attivitajiet Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Organizzazzjonijiet u gruppi ta' interess Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)