Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

minn Martin Seychell, Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel

minn Martin Seychell, Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel

Il-wasla kontinwa tar-refuġjati fl-Ewropa hija sfida mingħajr preċedent għal ħafna Stati Membri u titlob għal solidarjetà madwar l-Unjoni Ewropea kollha. 

Il-President Juncker tal-UE identifika l-kriżi tar-refuġjati bħala l-prijorità immedjata ta’ azzjoni fl-Unjoni Ewropea. Il-kura tas-saħħa għandha tkompli tkun parti mir-rispons globali, u l-bżonnijiet tas-saħħa tar-refuġjati, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli, għandhom jiġu ssodisfati.

 Il-Kummissjoni mmobilizzat riżorsi u tinsab lesta li tappoġġja l-akkoljenza u s-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri taħt pressjoni partikolari biex jipprovdu s-servizzi, inkluż il-kura tas-saħħa, lill-migranti.

Fil-Kummissjoni, hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissarji kkonċernati, l-Aġenziji tal-UE, l-NGOs u l-organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin. Permezz tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa tal-UE, id-DĠ għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel qed jaħdem mal-Istati Membri li huma pajjiżi ta’ tranżitu jew ta’ destinazzjoni u li għalhekk jinsabu taħt pressjoni migratorja partikolari.

Pereżempju, ħejjejna lista ta’ kontroll għall-valutazzjoni tas-saħħa tal-migranti fil-‘Hotspots’ u l-ispazji ta’ akkoljenza sabiex ngħinuhom jerġgħu jibnew ir-rekords tas-saħħa personali u nipprovdu l-kura tas-saħħa lil dawk fil-bżonn.

 Huwa ta’ importanza kbira li jkun iċċarat li miżuri bħal dawn ikunu qed jittieħdu biex tiġi protetta s-saħħa tar-refuġjati, mhux minħabba biżgħat mhux fondati li jistgħu jxerrdu mard li jittieħed, jużaw ħażin is-sistemi tal-kura tas-saħħa jew ikunu ta' piż fuq is-sistemi tas-saħħa. Is-saħħa tagħhom tinsab f'riskju, mhux is-saħħa taċ-ċittadini tal-UE.

Id-DĠ għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel se jsaħħaħ l-appoġġ għal azzjonijiet relatati mas-saħħa tal-migranti permezz ta’ kofinanzjament ta’ proġetti taħt il-Programm tas-Saħħa. Il-progress li sar s’issa huwa deskritt fl-aħħar Sitwazzjoni Attwali tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, li għadha kif ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni.

Kif qal il-President Jean-Claude Juncker: "Kliem nobbli jeħtieġ li jiġi segwit minn azzjonijiet konkreti lura f'pajjiżna."

Mhux biss issa, iżda wkoll fix-xhur li ġejjin. Biex nissodisfaw il-bżonnijiet tas-saħħa pubblika fil-futur, jeħtieġ li nħarsu lil hinn mir-rispons immedjat lejn il-futur. Dan il-futur jista’ jkun aħjar għal miljuni ta’ nies jekk inkomplu nilqgħu din l-isfida b’konvinzjoni u kumpassjoni. 

Special Edition - Refugee and Migrant Health

Aktar dwar din it-tema