Politika

Għalkemm l-Ewropej huma b'saħħithom iktar minn qabel, għad hemm differenzi kbar bejn gruppi vari, kull grupp bl-isfidi u l-bżonnijiet speċifiċi.

Wieħed minn dawn il-gruppi hu dak tal-anzjani. L-Istrateġija tas-Saħħa tal-UE tfittex li trawwem saħħa tajba fin-nies huma u jixjieħu, permezz ta' miżuri li jippromwovu stil ta' ħajja b'saħħitha u jipprevjenu l-mard matul il-ħajja kollha ta' persuna. Tenfasizza wkoll l-importanza tad-differenzi speċifiċi bejn is-sessi u t-tijtib tas-saħħa taż-żgħażagħ.

It-tfal u ż-żgħażagħ

Il-Kummissjoni Ewropea qegħda tieħu azzjoni Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) dwar kwistjonijiet ewlenin bħan-nutrizzjoni u l-attività fiżika, l-alkoħol, is-saħħa mentali, is-saħħa sesswali, l-ambjent b'saħħtu, l-inugwaljanzi fis-saħħa, id-droga u l-prevenzjoni tal-korriment.

Kwistjonijiet marbuta mad-differenzi bejn is-sessi

Id-differenzi bijoloġiċi bejn l-irġiel u n-nisa jistgħu jeffetwaw saħħithom b'mod differenti Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) , bi problemi differenti li jkollhom bżonn kura differenti.

Minbarra dan, il-mard li jeffetwa ż-żewġ sessi wkoll jagħti riżultati u aċċess għall-kura tas-saħħa differenti bejn in-nisa u l-irġiel.

L-anzjani

Sal-2025 iktar minn 20% tal-Ewropej se jkollhom 65 sena jew iktar, b'żieda għolja fin-numru ta' persuni 'il fuq mit-80 sena.

L-anzjani ovvjament għandhom bżonnijiet ta' kura tas-saħħa differenti Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) u hekk kif il-popolazzjoni qegħda tixjieħ, is-sistemi tas-saħħa għandhom bżonn jadattaw sabiex jipprovdu kura adegwata.