Politika

Il-pjanijiet tal-Kummissjoni biex tindirizza l-inugwaljanzi fis-saħħa huma stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Solidarjetà fis-Saħħa: Innaqqsu l-Inugwaljanzi fis-Saħħa fl-UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) , ippubblikata fl-20 ta' Ottubru 2009

Hemm differenzi kbar fis-saħħa bejn pajjiż u ieħor tal-UE pereżempju

  • il-probabbiltà li tarbija tmut qabel tagħlaq sena tvarja b'fattur ta' ħamsa
  • l-istennija tal-ħajja fit-twelid tvajra bi 8 snin (għan-nisa) u b'14-il sena (għall-irġiel)

Fil-pajjiżi kollha l-livell ta' mard u l-età li n-nies imutu fiha huwa influwenzata b'mod qawwi minn fatturi bħal ma huma x-xogħol, id-dħul, is-snin ta' skola u l-etniċità.

L-UE qed taħdem direttament (permezz tal-politika tal-UE) u indirettament (permezz tal-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet interessati) biex tnaqqas inugwaljanzi bħal dawn fis-saħħa.

Politiki tal-UE

Il-politiki tal-UE li ġejjin kollha għandhom rwol fit-tnaqqas tal-inugwaljanzi fis-saħħa:

Ħidma ma' pajjiżi oħra tal-UE

  • Grupp ta' esperti Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) - minn pajjiżi minn ġewwa u minn barra l-UE, il-WHO, l-OECD u l-Kunsill tal-Ewropa - jaqsmu informazzjoni u l-aħjar prattika dwar l-inugwaljanzi fis-saħħa u jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom għall-iżvilupp tal-politika.
  • Il-pajjiżi tal-UE stabbillixxew għanijiet komuni li jinkludu t-tnaqqis ta' inugwaljanzi fir-riżultati tas-saħħa u l-aċċess għall-kura tas-saħħa (ara l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni).