Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

minn Paola Testori Coggi, id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumatur

minn Paola Testori Coggi, id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumatur

L-iffirmar mill-Ministri tas-Saħħa waqt il-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju fil-Lussemburgu tal-Ftehim ta’ Akkwist Konġunt għall-Kontromiżuri Mediċi jimmarka kisba ġdida fil-ħidma tagħna biex nipproteġu liċ-ċittadini Ewropej minn theddid transkonfinali għas-saħħa bħal mard li jittieħed. Il-Ftehim ta’ akkwist konġunt jiddefinixxi l-qafas ta’ xiri komuni u jagħmilha possibbli għall-pajjiżi tal-UE li jakkwistaw tilqim pandemiku u kontromiżuri mediċi oħrajn bħala grupp, pjuttost milli individwalment.

Permezz tas-saħħa kollettiva tal-firmatarji, l-Akkwisti Konġunti jagħmluha possibbli għall-Istati Membri biex jiżguraw li t-tilqim u l-mediċini pandemiċi huma disponibbli fi kwantitajiet suffiċjenti - u bi prezzijiet ġusti - f'każ li titfaċċa theddida għas-saħħa bejn il-fruntieri.

Dan il-mekkaniżmu se jkun ta' benefiċċju għall-pajjiżi kollha tal-UE, b’mod partikulari dawk li ltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jinxtara t-tilqim żviluppat għall-pandemija tal-H1N1 fl-2009. Tabilħaqq, kienet din il-pandemija, u l-lezzjonijiet miksuba minnha, li wasslu biex il-Kummissjoni Ewropea tieħu azzjoni f’dan il-qasam.

Madankollu dan il-Ftehim jmur lil hinn mit-tilqim għall-pandemiji. L-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw billi jestendu l-ftehim biex ikopri x-xiri ta’ kontramiżuri mediċi għal mard ieħor li jittieħed, bħall-HIV/AIDS, l-epatite B jew l-HPV ukoll.

L-iffirmar tal-ftehim hu strettament volontarju; s'issa 14-il pajjiż tal-UE impenjaw ruħhom għal din il-miżura innovattiva. Tmien pajjiżi oħrajn qablu li jiffirmaw ittra ta’ intenzjoni bl-għan li jiffirmaw il-Ftehim tal-Akkwist Konġunt fil-ġejjieni.  Nifraħ lil dawk li ffirmaw il-Ftehim u nappella lill-Istati kollha li għad iridu jagħtu l-appoġġ tagħhom lil din l-inizjattiva importanti biex jaħtfu l-opportunitajiet li toffri u jiffirmaw mill-aktar fis possibbli, għall-protezzjoni taċ-ċittadini nazzjonali tagħhom u tal-popolazzjoni Ewropea tagħna.

Ix-xiri konġunt ta' tilqim u mediċini jsir realtà fl-UE

Aktar dwar din it-tema