Akkwist Konġunt ta’ kontromiżuri mediċi

Il-firxa tal-influwenza pandemika H1N1 fl-2009 uriet id-dgħjufijiet fl-ugwaljanza tal-aċċess u l-poter tax-xiri għall-kisba ta' kondizzjonijiet kuntrattwali korretti fuq il-prezz, ir-responsabbiltà, il-kunfidenzjalità u l-flessibbilà tal-aġġustament tal-kwantitajiet ordnati mal-ħtiġijiet reali, fil-mekkaniżi li jaħdmu fil-pajjiżi tal-UE għax-xiri ta' tilqim u medikazzjoni kontra l-pandemiji. 

Fl-2010, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni tibda tħejji għal Akkwist Konġunt ta' tilqim fil-każ ta' pandemija futurapdf.

Sabiex tiġi żgurata tħejjija fil-każ ta' firxa ġdida ta’ theddid għas-saħħa

Biex inkunu preparati għal firxa ta' theddid għas-saħħa serju li jaqsam il-fruntieri nazzjonali, l-istituzzjonijiet tal-UE u kwalunkwe Stat Membru jistgħu jidħlu fi proċedura ta' akkwist konġunt bit-tir li jixtru kontramiżuri mediċi, sabiex:

  • tilqim kontra l-pandemiji u kontramiżuri medici oħra jkunu jinstabu fi kwantitajiet suffiċjenti;
  • aċċess għal tilqim kontra l-pandemiji jew għal kontramiżuri mediċi garantit għall-Istati Membri parteċipanti kollha;
  • l-Istati Membri kollha jiġu trattati ugwalment u jistgħu jibbenefikaw minn kondizzjonijet kontrattwali korretti.

Il-Ftehim dwar l-Akkwist Konġunt Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) li jiġi qabel il-proċedura tal-akkwist konġunt:

  • jiddetermina l-arranġamenti prattiċi li jmexxu l-proċedura;
  • jiddefinixxi l-proċess tat-teħid ta' deċijonijiet fil-konfront tal-għażla tal-proċedura;
  • jorganizza l-evalwazzjoni tal-offerti u r-rebħ tal-kuntratt.

Il-Ftehim dwar l-Akkwist Konġunt jidħol fis-seħħ ladarba terz tal-Istati Membri parteċipanti jkunu ffirmawh.

Bażi legali

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni1082/2013/EUpdf(808 KB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)  

Ara wkoll:

  • Il-Ftehim dwar l-Akkwist Konġunt adottat mill-Kummissjoni Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) fl-10 ta' April 2014
  • Id-dokumenti ewlenin kollha Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) dwar l-Akkwist Konġunt ta' kontramiżuri mediċi