Tilqim fit-tfulija

It-tilqim huwa mod sikur u kosteffettiv għall-ħarsien tan-nies – speċjalment trabi u tfal żgħar – minn ċertu mard infettuż.
Il-pajjiżi tal-UE kollha għandhom 'skeda ta' tilqim', b'rakkomandazzjonijiet dwar liema vaċċini għandhom jingħataw fl-etajiet varji matul it-tfulija. Madankollu, wisq tfal fl-Ewropa jibqgħu mhux imlaqqma u b'hekk jinsabu potenzjalment vulnerabbli għal mard gravi.

Intejbu r-rati tat-tilqim tat-tfal fil-livell tal-UE

Wara ftehim dwar il-ħtieġa li jissaħaħ it-tilqim fit-tfulija fil-livell tal-UE l-konklużjonijiet tal-Kunsill 2011 dwar l-immunizzazzjoni fit-tfulijapdf, il-Kummissjoni (flimkien maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA)) qiegħda tappoġġja l-pajjiżi tal-UE: