Stat ta’ tħejjija

L-azzjoni tal-UE fil-qasam tal-istat ta' tħejjija għal theddidiet serji għas-saħħa bejn il-fruntieri għandha l-għan li jissaħħu l-kapaċitajiet biex ikun hemm rispons rapidu għal kwalunkwe tip ta' emerġenza li taffettwa jew aktarx taffettwa s-saħħa pubblika. Din tinkludi l-għoti ta' pariri lill-awtoritajiet nazzjonali u tiżgura li huma jħaddnu d-dimensjoni tal-UE, billi jikkunsidraw li l-ippjanar ta' emerġenza fil-livell nazzjonali jista' jkollu impatt ukoll lil hinn mill-fruntieri.

Strateġija fil-livell tal-UE:

  • tipprovdi sinsla għall-iżvilupp tal-pjanijiet nazzjonali biex jiġu indirizzati tipi differenti ta' theddidiet għas-saħħa – p.e. influwenza pandemika, SARS, ġrajjiet oħrajn ikkawżati minn aġenti bijoloġiċi jew mhux magħrufin, aċċidenti kkawżati minn aġenti kimiċi, ġrajjiet naturali ta' oriġini ambjentali bħal tibdil fil-klima, jew atti apposta.
  • tgħin biex tkun żgurata l-interoperabilità tal-pjanijiet nazzjonali – permezz tal-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni, l-analiżi u l-istrumenti ta' komunikazzjoni.

Oqsma importanti għall-ippjanar tal-istat ta' tħejjija huma: