Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Tonio Borg, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

Bl-adozzjoni tat-Tielet Programm tas-Saħħa għall-2014-2020, qed nidħlu f'fażi ġdida għal azzjoni ta' appoġġ fis-saħħa pubblika fl-Unjoni Ewropea. Il-programm hu l-għodda ewlenija biex jingħata appoġġ lill-politika tal-UE dwar is-saħħa, biex titrawwem il-kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet interessati tas-saħħa u biex jgħin ħalli jittejbu r-riżultati mal-Unjoni Ewropea kollha. Il-programm hu maħsub biex jappoġġa u jikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri f'oqsma fejn il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE hi indispensabbli jew inkella tipprovdi valur miżjud importanti.

Din il-kooperazzjoni ssir aktar u aktar importanti fil-kuntest ekonomiku attwali. L-Istati Membri huma taħt pressjoni biex jilħqu bilanċ bejn il-provvista ta’ aċċess universali għal servizzi tas-saħħa ta’ kwalità għolja, u r-rispett tar-restrizzjonijiet tal-baġit. F'dan il-kuntest, aktar minn qatt qabel, l-Istati Membri għandhom ħafna x'jakkwistaw mill-azzjoni skont il-Programm biex jiskambjaw it-tagħrif u l-prattiki tajbin, biex iħollu l-potenzjal tal-innovazzjoni fil-kura tas-saħħa u biex irawmu l-prevenzjoni.

B'dan il-programm ġdid se nkunu nistgħu nsaħħu l-azzjoni biex nippromwovu s-saħħa u nimpedixxu l-mard; inkunu aktar preparati biex nipproteġu liċ-ċittadini kontra emerġenzi tas-saħħa u biex nikkoordinaw risponsijiet fil-livell Ewropew; biex nappoġġaw il-bini tal-kapaċità tas-saħħa pubblika u nikkontribwixxu għal sistemi tas-saħħa innovattivi, effiċjenti u sostenibbli; u, l-aħħar iżda mhux l-anqas, biex intejbu l-aċċess tan-nies għall-ħila medika għal kundizzjonijiet speċifiċi u biex intejbu l-kwalità tal-kura tas-saħħa u tas-sikurezza tal-pazjenti.

Inħeġġeġ l-Istati Membri u l-partijiet interessati biex jagħmlu użu sħiħ tal-opportunitajiet li joffri dan il-programm sabiex itejbu s-saħħa taċ-ċittadini tagħna mal-Unjoni Ewropea kollha.

Programm tas-Saħħa tal-UE

Aktar dwar din it-tema