Politika

Skont it-trattat li ħoloqha, l-UE għandha tiżgura li s-saħħa tal-bniedem tkun protetta fil-politiki kollha tagħha, u għandha taħdem mal-pajjiżi tal-UE biex ittejjeb is-saħħa pubblika, tipprevjeni l-mard tal-bniedem u telimina sorsi ta' periklu għas-saħħa fiżika u mentali.

L-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa "Flimkien għas-Saħħa" tappoġġja l-istrateġija Ewropa 2020.  Ewropa 2020 għandha l-għan li tbiddel lill-UE f'ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva li tippromwovi t-tkabbir ekonomiku għal kulħadd - u wieħed mill-prerekwiżiti hu li l-popolazzjoni tkun f'saħħitha.

It-tielet programm tas-saħħa (2014-2020)

Il-programm għandu 4 għanijiet ewlenin. Ifittex dawn l-għanijiet:

  1. Il-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard u t-trawwim ta' ambjenti li jappoġġjaw stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa billi jitqies il-prinċipju tas-"saħħa fil-politiki kollha",
  2. Il-protezzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni minn tehdid serju għas-saħħa ta' natura transkonfinali,
  3. Il-kontribuzzjoni għal sistemi tas-saħħa innovattivi, effiċjenti u sostenibbli,
  4. L-iffaċilitar tal-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għaċ-ċittadini tal-Unjoni.

It-tielet programm tal-UE dwar is-saħħa hu l-istrument ewlieni li l-Kummissjoni Ewropea tuża biex timplimenta l-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) . Hu implimentat permezz ta' pjanijiet ta' ħidma annwali, li jistabbilixxu l-oqsma ta' prijorità u l-kriterji għal azzjonijiet ta' finanzjament skont il-programm. Il-baġit totali tal-programm hu ta' € 449.4 miljun.

Il-programm dwar is-saħħa hu mmaniġġjat mill-Kummissjoni bl-assistenza tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (Chafea).

Il-programm tal-UE dwar is-saħħa (2008-2013)

Il-programm tal-UE dwar is-saħħa għall-2008-2013 Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) iffinanzja proġetti u azzjonijiet mill-2008 sal-2013. L-għanijiet annwali nqasmu ma' dawk tal-Istrateġija Ewropa 2020 Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) : l-investiment fis-saħħa u l-indirizzar tal-kwistjonijiet tas-soċjetà li qed tixjieħ Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) .

Kull sena kienu jiġu stabbiliti kriterji għal azzjonijiet ta' finanzjament taħt il-programm fi pjan ta' ħidma, segwiti minn sejħiet għall-proposti, għotjiet operattivi, konferenzi u azzjonijiet konġunti.

Il-partijiet ikkonċernati setgħu jibagħtu applikazzjoni. Wara eżami bir-reqqa tal-applikazzjonijiet, il-Kummissjoni għażlet il-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati. Id-deċiżjonijiet tal-għotijiet kienu sussegwentement ippubblikati fil-websajt tagħha.

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel (Chafea) assistiet lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programm.