Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Aħbarijiet 09/02/2016

Aġenda Soċjali – Pensjonijiet, persuni b’diżabilità u refuġjati

Hekk kif l-imsieħba soċjali ser jinnegozjaw l-aħjar mod kif jimmaniġġjaw l-età fuq ix-xogħol, l-Aġenda Soċjali Nru 43 tagħti ħarsa lejn il-kwistjoni tal-pensjonijiet mill-angoli kollha wara l-pubblikazzjoni taż-żewġ rapporti tal-UE, dwar it-tixjiħ tal-popolazzjoni u l-adegwatezza tal-pensjonijiet.

Koppja anzjana bilqiegħda madwar mejda ma’ caretaker jiddiskutu xi dokumenti

© Robert Kneschke / Shutterstock

Hija tindirizza wkoll il-kwistjoni tal-parteċipazzjoni ugwali ta’ persuni b’diżabilità fis-suq tax-xogħol u s-soċjetà inġenerali, fiż-żmien meta l-Istrateġija tal-UE tad-Diżabilità qed tiġi riveduta.

Tispjega wkoll kif mill-inqas erba’ fondi tal-UE jistgħu jintużaw biex jipprovdu kemm għajnuna immedjata kif ukoll assistenza fuq żmien medju u fit-tul lill-immigranti u r-refuġjati li waslu fl-UE.

Ixxerja din il-paġna