Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

minn Martin Seychell, id-Deputat Direttur ta' Sistemi u Prodotti tas-Saħħa, id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kummissjoni Ewropea

minn Martin Seychell, id-Deputat Direttur ta' Sistemi u Prodotti tas-Saħħa, id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kummissjoni Ewropea

Tul dawn l-aħħar 50 sena l-Unjoni Ewropea kibret minn 6 għal 28 Stat Membru u l-proċess ta’ adeżjoni għadu għaddej ma’ 5 pajjiżi kandidati u 2 pajjiżi kandidati potenzjali: aktar minn 500 miljun ċittadin tal-UE b’ħafna aktar iħabbtu fuq il-bieb.

Fid-DĠ Saħħa u Sikurezza tal-Ikel, naħdmu biex l-Ewropa ssir post iktar b'saħħtu u sikur fejn iċ-ċittadini kollha jistgħu jkunu fiduċjużi li s-saħħa u l-benesseri tagħhom qed jiġu promossi u fejn jittieħdu miżuri biex jiġi evitat il-mard u biex jiżdiedu s-snin ta’ ħajja f’saħħa tajba. Popolazzjonijiet b’saħħithom b’aċċess ugwali għal kura tas-saħħa ta’ kwalità u sostenibbli huma fatturi deċiżivi għat-tkabbir ekonomiku.

Matul il-proċess ta’ adeżjoni, id-DĠ Saħħa u Sikurezza tal-Ikel jaħdem mad-DĠ Tkabbir flimkien ma’ dawk il-pajjiżi biex jiffaċilita r-riformi tal-leġiżlazzjoni, l-amministrazzjonijiet u s-sistemi ta’ kura tas-saħħa tagħhom biex tiġi żgurata tranżizzjoni gradwali għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa, il-linji gwida u l-aħjar prattiki.

Il-Kummissjoni tappoġġa dan il-proċess billi torganizza djalogi regolari, li jipprovdu assistenza teknika u toffri l-għarfien tagħha dwar l-organizzazzjoni u t-tmexxija ta’ sistemi tas-saħħa sostenibbli. Dawn is-sistemi għandhom ikunu kapaċi jwieġbu għal theddidiet serji għas-saħħa bejn il-fruntieri, bħal mard li jittieħed, li jaqsam liberament il-fruntieri. Fiż-żmien tal-adeżjoni, se jkun essenzjali għal Stati Membri ġodda li jkollhom mekkaniżmi effettivi għall-kontroll tal-mard u għall-ġestjoni tat-tixrid tal-mard u li jipparteċipaw fi u jirrapportaw lis-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza kif ukoll lil netwerks tal-mard li jittieħed tal-UE bħas-Sistema ta’ Twissija u Reazzjoni Bikrija. Huwa fl-interess tas-saħħa u l-benessri ta’ kulħadd li l-pajjiżi kandidati jibnu l-kapaċità tagħhom issa minflok ma jistennew sal-mument tal-adeżjoni.

Din il-ħidma tal-Unjoni Ewropea ġeneralment ma tidhirx iżda hi investiment importanti fil-futur u diġà tipprovdi benefiċċji u tipproteġi s-saħħa taċ-ċittadini tagħna.

Health international

Aktar dwar din it-tema