Charlie Mifsud twieled fit-13 ta’ Mejju 1962 fil-Birgu, Malta. Jaħdem f’Għaqda Mhux Governattiva; il-Fondazzjoni Suret il-Bniedem. Ilu jaħdem fis-settur tal-kura soċjali għal dawn l-aħħar 23 sena u akkwista Diploma fil-Kriminoloġija.
Matul is-snin, hu kellu l-opportunità li jaħdem f’oqsma differenti tal-kura soċjali li jinkludu l-kriminalità, il-vizzju tad-droga, is-saħħa mentali u l-problema tan-nies bla dar, li jgħixu fit-toroq. Dawn il-fatturi kollha jistgħu jwasslu għall-faqar.
F’Malta, il-problema tan-nies bla dar hi moħbija, minkejja li hu magħruf sewwa li din hi tip ta’ faqar assolut.
Mifsud jemmen li s-Sena Ewropea Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali hi opportunita mill-aqwa biex tkun indirizzata din il-problema tan-nies bla dar f’Malta u biex naqsmu l-ideat tagħna ma’ pajjiżi oħra tal-UE.
Mr Mifsud has over 10 years work experience with homeless persons which includes the management of a therapeutic home for the homeless; Dar Patri Leopoldo (a place where the individual is helped to deal with his unique problems and not just provided with a shelter).