Our planet, Our future

Kif nistgħu nagħmlu differenza

Soluzzjonijiet

L-aktar sfida importanti li qed niffaċċjaw illum hi li nwaqqfu t-tibdil fil-klima milli jkompli jmur għall-agħar.

Issa f'idejk

Hemm ħafna x’nistgħu – u li jeħtieġ li – nagħmlu biex id-dinja tagħna nagħmluha waħda li tikkonsma inqas enerġija u li tiffavorixxi l-klima. Dan ifisser li jeħtieġ li jinstabu soluzzjonijiet li jgħinuna nnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Minbarra li hu tajjeb ukoll għall-pjaneta, hu tajjeb ukoll għal saħħitna (inqas tniġġis), għas-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija tagħna u għall-ekonomija, għaliex joħloq impjiegi ġodda.

bg_note

Nifhmu x-xjenza

Kull sitta jew seba’ snin, korp xjentifiku importanti msejjaħ il-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) joħroġ rapport fuq l-evidenza xjentifika dwar it-tibdil fil-klima. Għalih jikkontribwixxu l-aktar xjentisti rispettati u influwenti fil-qasam tal-klima minn madwar id-dinja.

Huma jivvalutaw għexieren ta’ eluf ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi sabiex jaġġornaw lid-dinja dwar l-istat tal-klima flimkien ma’ għażliet biex jindirizzaw it-tisħin globali u l-bidliet li dan iġib miegħu.

L-aħħar kontributi għar-Rapporti ta’ Valutazzjoni tal-IPCC (AR6), ippubblikati fl-2022, kienu jinvolvu mijiet ta’ awturi. Dawn jiddeskrivu l-impatti futuri tat-tisħin globali ta’ 1.5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u trajettorji tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra globali relatati.

Madankollu, ir-rapporti jgħidu wkoll li ma huwiex tard wisq biex jiġi evitat tibdil fil-klima dannuż, iżda d-dinja trid taġixxi malajr biex tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

Ninbidlu mal-klima

Kemm jekk jogħġobniex jew le, it-tibdil fil-klima huwa parti minn ħajjitna.

Anke kieku nistgħu neliminaw l-emissjonijiet tagħna kollha għada, il-pjaneta xorta waħda trid tirkupra mill-gassijiet serra li diġà hemm fl-atmosfera. Dan ifisser li jeħtieġ li naddattaw għall-bidliet li qegħdin iseħħu issa u nippjanaw għall-futur biex nipprevenu jew nillimitaw il-ħsara li jista’ jikkawża t-tibdil fil-klima.

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew

Imniedi fl-2019, il-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa l-pjan tagħna biex nagħmlu l-UE newtrali għall-klima sal-2050. Irridu nibdlu l-UE f’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, billi niżguraw li ma jkun hemm l-ebda emissjoni nett ta’ gassijiet serra sal-2050, niddiżakkopjaw it-tkabbir ekonomiku mill-użu tar-riżorsi, ilkoll waqt li ma nħallu lill-ebda persuna u lill-ebda post jibqa’ lura.

Fl-2021, il-Kummissjoni Ewropea adottat pakkett ta’ proposti saħansitra aktar ambizzjużi biex tagħmel il-politiki tal-UE dwar il-klima, l-enerġija, l-użu tal-art, it-trasport u t-tassazzjoni adattati għat-tnaqqis tal-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 % sal-2030, meta mqabbel mal-livelli tal-1990.

Staqsi lix-xjentist

Avatar boy character
Ix-xjenza kif tgħin fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima?
Scientist avatar
Ix-xjenza hi minn fejn jibda kollox. Tgħinna nifhmu l-bidliet li qed nesperjenzaw bħalissa u dawk li jistgħu jseħħu fil-futur, skont l-azzjonijiet li nieħdu llum u matul l-għexieren ta’ snin li ġejjin. Ix-xjenza tipprovdi l-evidenza solida li tiggwida lil dawk li jfasslu l-politiki u tagħtihom l-opportunità li jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-aqwa kors ta’ azzjoni. —  Dr Jolene Cook, xjentista dwar il-klima