Azzjonijiet
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jipprovdi pjan ta’ azzjoni biex
- isaħħaħ l-użu effiċjenti tar-riżorsi permezz ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari nadifa
- ireġġa' lura l-bijodiversità u jnaqqas it-tniġġis
Il-pjan jiddeskrivi l-investimenti meħtieġa u l-għodod ta’ finanzjament disponibbli. Dan jispjega kif għandha tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta u inklużiva.
L-UE timmira li tkun newtrali għall-klima fl-2050. Aħna pproponejna Liġi Ewropea dwar il-Klima li ddawwar dan l-impenn politiku f’obbligu legali.
Biex tintlaħaq din il-mira se jkun hemm bżonn ta’ azzjoni mis-setturi kollha tal-ekonomija tagħna, inklużi
- investiment f’teknoloġiji li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent
- appoġġ tal-industrija għall-innovazzjoni
- introduzzjoni ta’ forom ta’ trasport privat u pubbliku aktar nodfa, orħos u aktar sani
- dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija
- assikurazzjoni li l-bini huwa aktar effiċjenti fl-enerġija
- ħidma ma’ sħab internazzjonali biex jitjiebu l-istandards ambjentali globali
L-UE ser tipprovdi wkoll appoġġ finanzjarju u assistenza teknika biex tgħin lil dawk li huma l-aktar milquta mill-bidla għall-ekonomija ekoloġika. Dan jissejjaħ il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta. Dan se jgħin biex jimmobilizza mill-inqas €100 biljun matul il-perjodu 2021-2027 fir-reġjuni l-aktar affettwati.
Kronoloġija
- 18 ta’ Jannar 2021
- 10 ta’ Diċembru 2020
- 9 ta’ Diċembru 2020
- 19 ta’ Novembru 2020
- 14 ta’ Ottubru 2020
- 17 ta’ Settembru 2020
Preżentazzjoni tal-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030
- 8 ta’ Lulju 2020
Adozzjoni tal-istrateġiji tal-UE għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija u tal-idroġenu biex titwitta t-triq lejn settur tal-enerġija kompletament dekarbonizzat, aktar effiċjenti u interkonness
- 20 ta’ Mejju 2020
- Preżentazzjoni tal-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE għall-2030 biex tipproteġi r-riżorsi naturali fraġli fil-pjaneta tagħna
- Preżentazzjoni tal-“istrateġija Mill-għalqa sal-platt”, biex is-sistemi alimentari tagħna jsiru aktar sostenibbli
- 11 ta’ Marzu 2020
Proposta għal Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari li jiffoka fuq l-użu sostenibbli tar-riżorsi
- 10 ta’ Marzu 2020
Adozzjoni tal-Istrateġija Industrijali Ewropea, pjan għal ekonomija lesta għall-futur
- 4 ta’ Marzu 2020
- Proposta għal liġi Ewropea dwar il-klima biex tiġi żgurata Unjoni Ewropea newtrali għall-klima sal-2050
- Konsultazzjoni pubblika (miftuħa sas-17 ta’ Ġunju 2020) dwar il-Patt Klimatiku Ewropew li tlaqqa’ flimkien ir-reġjuni, il-komunitajiet lokali, is-soċjetà ċivili, in-negozji u l-iskejjel
- 14 ta’ Jannar 2020
Preżentazzjoni tal-Pjan ta’ Investiment tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta/info/strategy/priorities-2019-2024/european-green-deal/actions-being-taken-eu/just-transition-mechanism_mt
- 11 ta’ Diċembru 2019
Preżentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew
- 11 ta’ Diċembru 2019
Preżentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew
Oqsma ta' politika