Azzjoni Klimatika

It-tibdil fil-klima u int

It-tibdil fil-klima jikkonċerna lilna lkoll, u kulħadd jista’ jieħu azzjoni favur il-klima.

Il-pjaneta tagħna għaddejja minn tibdil sinifikanti u aċċellerat fil-klima kkawżat mill-gassijiet b’effett ta’ serra mill-attivitajiet tal-bniedem.

L-effetti qed jinħassu fil-kontinenti kollha u huma mistennija li jsiru aktar u aktar intensi, b’konsegwenzi serji għall-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna.

Biex nevitaw li t-tibdil fil-klima jsir agħar, jeħtieġ nieħdu azzjoni biex innaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’mod sinifikanti u nadattaw għall-bidliet li qed iseħħu issa u biex fil-futur nillimitaw il-ħsara.

L-azzjoni klimatika għandha ħafna benefiċċji. Tgħinna niffrankaw l-enerġija, intejbu l-kwalità tal-arja, niżguraw il-provvisti tal-enerġija tagħna u noħolqu t-tkabbir.

L-UE qed tiġġieled kontra t-tibdil fil-klima permezz ta’ politiki ambizzjużi fi ħdanha u f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ sħab internazzjonali.

Is-setturi kollha tal-ekonomija u s-soċjetà għandhom rwol x’jaqdu fil-bini ta’ futur aħjar. Kulħadd jista’ jikkontribwixxi.

Aktar informazzjoni