Responsabbiltajiet

Id-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika (DĠ CLIMA) qed imexxi l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fuq il-livell tal-UE u fuq dak internazzjonali.

Il-missjoni ewlenija tiegħu hija li jifformula u jimplimenta l-politiki u l-istrateġiji tal-UE dwar il-klima, sabiex l-UE tkun tista’ ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima u reżiljenti għall-klima sal-2050.

Id-DĠ CLIMA għandu rwol ewlieni fl-iżvilupp u fl-iffaċilitar tal-implimentazzjoni ta’ politiki u leġiżlazzjoni kosteffiċjenti biex jitwettaq il-Patt Ekoloġiku Ewropew. Id-DĠ jippromwovi teknoloġiji innovattivi ta’ dekarbonizzazzjoni biex jiġi indirizzat it-tisħin globali. Għandu l-għan li jiżgura l-prosperità u l-benessri, irawwem kultura ġdida dwar il-klima fl-Ewropa, u b’hekk ibiddel l-imġiba fis-soċjetà tagħna. Huwa jżomm tmexxija globali ambizzjuża fl-azzjoni klimatika, jipproteġi s-saff tal-ożonu, u b'hekk iżid is-suq tal-karbonju internazzjonali u domestiku. Jikkontribwixxi għall-finanzjament ekoloġiku, jiżgura l-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika fil-baġit tal-UE, fil-politiki tal-UE u tal-Istati Membri.

Oqsma ta’ politika relatati:

 

Pjanijiet u rapporti

Programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni – ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati mal-istituzzjonijiet kollha għas-sena kurrenti

Pjan strateġiku – department strategy, objectives for 2020-2024

Pjan ta’ maniġment – riżultati tad-dipartiment imbassra, attivitajiet, riżorsi għas-sena kurrenti

Rapport ta’ attività annwali – kisbiet tad-dipartiment, riżorsi użati matul is-sena preċedenti

Tmexxija u organizzazzjoni

IddawnlowdjaPDF - 304.8 KB

Kuntatt