Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkaġunat mix-xogħol

Dawn ir-regoli japplikaw jekk tgħix u int assigurat f'pajjiż tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera u kellek aċċident fuq il-post tax-xogħol jew marda relatata max-xogħol.

Informa l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni tiegħek

Trid tinforma l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni tiegħek meta jseħħ l-aċċident jew meta tiġi identifikata l-marda relatata max-xogħol għall-ewwel darba. Jekk ma tagħmilx hekk, id-dritt għall-benefiċċji jista' jiġi affettwat ħażin. Kull pajjiż għandu regoli differenti, għalhekk għandek tistaqsi lill-istituzzjoni tiegħek liema passi għandek tieħu. Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Liema pajjiż hu responsabbli għall-kura tas-saħħa tiegħek?

Il-pajjiż fejn tgħix hu responsabbli biex jipprovdi l-benefiċċji kollha in natura, eż. il-kura tas-saħħa u l-mediċini. Jekk m'intix assigurat hemmhekk, trid tistaqsi lill-istituzzjoni tal-assigurazzjoni tiegħek għal dokument DA1 bid-dettalji tal-aċċident jew il-marda. Imbagħad trid tippreżenta d-dokument DA1 lill-istituzzjoni kompetenti tal-pajjiż fejn qed tgħix jew tinsab biex tirċievi l-benefiċċji hemmhekk. Uża d-direttorju tagħna biex issib il-kuntatt ta' istituzzjoni

Kun af dwar drittijiet skont il-pajjiż

Liema pajjiż iħallas il-benefiċċji fi flus tiegħek?

Il-pajjiż fejn int assigurat hu dejjem responsabbli biex iħallas il-benefiċċji fi flus tiegħek fir-rigward tal-aċċident fuq il-post tax-xogħol jew tal-marda relatata max-xogħol.

Kura barra minn Malta

Jekk tixtieq tivvjaġġa f'pajjiż ieħor tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera speċifikament biex tirċievi kura għal aċċident fuq il-post tax-xogħol jew marda relatata max-xogħol, l-istituzzjoni ta' assigurazzjoni tiegħek ma tistax tirrifjuta li tagħtik l-awtorizzazzjoni rikjesta jekk il-kura li għandek bżonn ma tistax tiġi pprovduta f'limitu ta' żmien medikament ġustifikat.  Tgħallem aktar mill-paġni tagħna ddedikati għall-kura medika ppjanata

Aktar tagħrif

Ara l-mistoqsijiet frekwenti għal aktar tagħrif. 

Għandek bżonn iktar għajnuna?

Ma sibtx l-informazzjoni li ridt? Għandek problema?

Skopri dwar is-sigurtà soċjali u d-drittijiet tal-kura tas-saħħa tiegħek f’pajjiż ieħor tal-UE (L-Ewropa Tiegħek)
Agħmel mistoqsija lill-Ewropa Tiegħek 00800 6 7 8 9 10 11
Solvi l-problemi ma' amministrazzjoni nazzjonali (SOLVIT)
Ikseb parir legali mis-Servizz ta’ Pariri tal-Ewropa Tiegħek

Aħbarijiet relatati

Ebda aħbar relatata fl-aħħar sitt xhur.

Ixxerja din il-paġna