Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Mard, maternità u paternità

Ir-regoli dwar il-mard, il-maternità u l-paternità huma simili u japplikaw għall-persuni assigurati fi kwalunkwe pajjiż tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera.

Żjarat qosra u vaganzi

Għandek aċċess għall-kura tas-saħħa, jiġifieri għal tabib jew sptar, għall-kura medika li jista' jkollok bżonn matul vaganza jew kwalunkwe żjara temporanja f'wieħed minn dawn il-pajjiżi, taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż. Dan ifisser li xi drabi ma jkollokx bżonn tħallas. Il-Kard Ewropea tal-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa (EHIC) tgħinek turi drittijietek.  Tgħallem aktar mill-paġni tagħna ddedikati għall-EHIC

Kura tas-saħħa ppjanata barra minn Malta

Jekk tivvjaġġa speċifikament biex tirċievi kura medika, għandek bżonn awtorizzazzjoni (formola S2) mill-istituzzjoni tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek qabel titlaq. Tgħallem aktar mill-paġni tagħna ddedikati għall-kura medika ppjanata

Tgħix barra minn Malta 

  • Għandek id-dritt tirċievi benefiċċji tal-mard in natura, eż. kura tas-saħħa u mediċini, fil-pajjiż ta' residenza tiegħek, irrispettivament minn fejn int fil-fatt assigurat. Int intitolat għall-istess trattament bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.
  • Jekk int assigurat f'pajjiż differenti minn dak li tgħix fih, għandek tirreġistra mal-istituzzjoni lokali tal-kura tas-saħħa tal-post ta' residenza tiegħek. Biex tagħmel dan ikollok bżonn titlob formola S1 lill-istituzzjoni tal-kura tas-saħħa li int assigurat magħha. Trid tippreżenta din il-formola lill-istituzzjoni fejn qed tgħix. Dan hu tipikament il-każ tal-pensjonanti li jirtiraw f'pajjiż differenti minn dak li jħallas il-pensjoni tagħhom u minn fejn huma assigurati. Dan mhuwiex neċċessarju għal żjara temporanja.

Kun af dwar drittijiet skont il-pajjiż

Benefiċċji fi flus

Il-pajjiż fejn int assigurat hu dejjem responsabbli biex iħallas il-benefiċċji tal-mard, il-maternità jew il-paternità fi flus, jiġifieri l-benefiċċji li jieħdu post paga li tiġi sospiża minħabba marda. Dawn il-benefiċċji jitħallsu skont ir-regoli tal-pajjiż fejn int assigurat, irrispettivament minn fejn tgħix jew tinsab.

Aktar tagħrif

Aqra l-mistoqsijiet frekwenti biex issib liema regoli japplikaw għas-sitwazzjoni tiegħek.

Ixxerja din il-paġna