Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Iceland

Nota: Ir-residenti tal-pajjiżi Nordiċi l-oħra (id-Danimarka, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Iżvezja) iridu sempliċiment juru karta tal-identità valida biex juru l-eliġibbiltà għall-kura tas-saħħa fl-Iżlanda.

Emerġenza

  • Ċempel il-112

Sjúkratryggingar Íslands
(L-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Iżlanda)
Tel: +354 515 0002
Email: international@sjukra.is


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Il-kura medika ġenerali hija pprovduta fiċ-ċentri tas-saħħa li jinsabu madwar l-Iżlanda kollha u jiftħu bejn it-8 am u l-4 pm. Jekk ikollok bżonn tara tabib f'xi ħin ieħor, ħafna żoni għandhom tabib/infermier li jaħdem skont il-bżonn.
  • Tiġi ċċarġjat tariffa standard. Din ma tiġix rimborżata fl-Iżlanda, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.
  • Il-kura hija b'xejn għat-tfal taħt it-18-il sena.
  • Filgħaxija u fi tmiem il-ġimgħa, il-kura fiż-żona ta' Reykjavik tista’ tinkiseb fiċ-ċentru ta' "Læknavaktin". Tel: 1770
  • Għal pariri mediċi u biex jiġi t-tabib id-dar wara l-ħinijiet tal-ftuħ, ċempel il-1770

Dentisti

  • Il-kura tas-snien hija pprovduta fil-kliniki tad-dentisti fil-parti l-kbira tal-Iżlanda.
  • Ġeneralment, tiġi ċċarġjat tariffa standard. Din ma tiġix rimborżata fl-Iżlanda, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.
  • It-tfal taħt l-età ta’ 18-il sena jħallsu tariffa annwali ta’ ISK 2,500.
  • Il-pensjonanti tal-istat u dawk li jieħdu l-benefiċċji ta' diżabbiltà huma eleġibbli għal rimborż parzjali. Trid turi prova ta’ eleġibbiltà.

Kura fi sptar

  • Id-dħul immedjat fi sptar ikun possibbli biss f'każ ta' emerġenza.
  • Ġeneralment, ma hemmx ħlas għall-kura pprovduta waqt li wieħed ikun l-isptar (in-patient).
  • Tiġi ċċarġjat tariffa standard għall-kura li ma teħtiġlekx toqgħod l-isptar (out-patient). Din ma tiġix rimborżata fl-Iżlanda, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Riċetti tat-tabib

  • Tista' tmur fi kwalunkwe spiżerija ("APÓTEK") fl-Iżlanda.
  • Jekk ir-riċetta tiegħek taqa’ taħt ir-regoli ta’ kopagament fl-Iżlanda trid tapplika għal rimborż mill-Assikurazzjoni tas-Saħħa Iżlandiża jew titlob rimborż meta tasal lura f’pajjiżek.
  • L-ispejjeż tal-mediċina bir-riċetta jvarjaw minn 0% sa 100% tal-prezz skont kategoriji standard.
  • L-ispejjeż tar-riċetta ma jiġux rimborżati fl-Iżlanda, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Ambulanza

  • Trid tħallas tariffa standard mhux rimborżabbli għas-servizzi tal-ambulanza.
  • Jekk ma turix il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea, tiġi ċċarġjat il-prezz sħiħ.
  • Din ma tiġix rimborżata fl-Iżlanda, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Ambulanza bl-ajru

  • Japplikaw l-istess kundizzjonijiet bħat-trasport normali tal-ambulanza.

Rimborż

  • It-tariffi standard tal-pazjenti ma humiex rimborżabbli fl-Iżlanda. Talbiet oħra għal rimborż għandhom jiġu indirizzati lill-uffiċċju ta' Sjúkratryggingar Íslands f'Reykjavik.
  • Jekk kellek tħallas għall-kura, meta tasal lura f'pajjiżek ibgħat l-irċevuti oriġinali mat-talba tiegħek u prova li inti eliġibbli (il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea jew prova oħra tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek) lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa nazzjonali. Il-fornitur tiegħek jikkuntattja lil Sjúkratryggingar Íslands.
  • Żomm kopja ta' kull ma tibgħat.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

Il-kopagament fl-Iżlanda jvarja kif stipulat fil-"Kura, kopertura u spejjeż", skont it-tip ta' kura medika u mal-liema grupp jappartjeni individwu:

  • it-tfal taħt l-età ta’ 18-il sena,
  • il-pensjonanti tal-istat,
  • dawk li jieħdu l-benefiċċji ta' diżabbiltà.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

  • L-EHIC tiegħek tkopri l-provvista ta' ossiġenu, id-dijaliżi u l-kimoterapija.
  • Għandek tirranġa u tibbukkja l-kura medika qabel ma tasal fil-pajjiż. Kun żgur li għandek żmien biżżejjed biex tagħmel l-arranġamenti qabel tivvjaġġa.
  • Hu partikolarment importanti li tkun żgur li bbukkjajt fornitur tal-kura tas-saħħa ffinanzjat mill-istat. Il-kura mwettqa minn fornituri tal-kura tas-saħħa privati mhijiex koperta mill-EHIC tiegħek.
  • Għal dijaliżi kkuntattja: L-Isptar tal-Università Landspitali (bl-Iżlandiż) Unità tad-Dijaliżi, Eiriksgata 5, 101 Rejkjavik Tel. +354 543 6311, Fax: +345 543 4806
  • Għal terapija ta' ossiġenu kkuntattja: Súrefnisþjónustan, l-Isptar tal-Università ta’ Landspitali, Unità A-3, Fossvogur, Reykjavík. Persuni ta' kuntatt: Stella Hrafnkelsdóttir, RN BSc Nurse eller Rósa Karlsdóttir, Rn BSc Nurse, Tel.: +354 543 6049 / +354 543 6040, Fax: +354 543 6019
  • Għal kura/i oħra kkuntattja: Id-Dipartimanet Internazzjonali tal-Assikurazzoni tas-Saħħa Iżlandiża, Vínlandsleið 16,113 Reykjavík, Tel.: +354 515 0002

Kif napplika għal EHIC?


Fejn jaċċettaw l-EHIC

  • Fl-Iżlanda ċ-ċentri tas-saħħa kollha huma pubbliċi
  • Fl-Iżlanda l-isptarijiet kollha huma pubbliċi
  • Kważi l-ispeċjalisti kollha għandhom kuntratt mal-gvern, għalhekk dawk li għandhom kuntratt jagħmlu parti mis-sistema pubblika
     

Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għad-detenturi tal-EHICs li jinħarġu fl-Iżlanda

Sjúkratryggingar Íslands (L-Assikurazzjoni tas-Saħħa Iżlandiza)
Tel: +354 515 0002
Email: international@sjukra.is

Ixxerja din il-paġna