Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Spanja

Emerġenza

Ċempel 112 

Ministerio de Sanidad (Ministeru tas-Saħħa)
Tel.: +34 901 400 100  -  +34 91 596 10 00
Email: oiac@sanidad.gob.es
Sit web: www.sanidad.gob.es

 


Kura, kopertura u spejjeż

  • Qabel tikkonsulta tabib jew tmur fi sptar, kun ċert li huma parti mis-sistema pubblika tal-kura tas-saħħa, sabiex jaċċettaw il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tiegħek.
  • Fuq is-sit web tal-Ministeru tas-Saħħa, għandek issib lista taċ-ċentri tal-kura tas-saħħa u tal-isptarijiet pubbliċi.
  • Hawnhekk issib aktar informazzjoni dwar iċ-ċentri pubbliċi tal-kura tas-saħħa u l-Katalgu taċ-Ċentri tal-Kura tas-Saħħa Primarji tal-NHS u l-Katalgu Nazzjonali tal-Isptarijiet.
  • Xi wħud mill-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa ("centros sanitarios") joffru kemm kura tas-saħħa privata (mhux sussidjata, li titħallas kollha mill-pazjent) kif ukoll kura mill-istat (prinċiparjament issussidjata). F'idejk biex tgħidilhom liema trid. Kwalunkwe spiża li tirriżulta mill-kura tas-saħħa privata ma tkunx rimborżabbli u mhijiex koperta bl-EHIC.

Tobba

  • Il-kura tas-saħħa pprovduta mill-istat hija bla ħlas. Għandek tkun taf li l-lukandi u l-operaturi tal-ivvjaġġar jistgħu xi kultant iċemplu jew jirrakkomandawlek tabib privat li jżommlok il-flus.
  • Jekk ikollok bżonn issejjaħ tabib f'emerġenza, kun ċert li għandek Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa valida u staqsi għal kura tas-saħħa tal-istat ("asistencia sanitaria pública jew asistencia del Sistema Nacional de Salud")
  • Jekk jitolbuk tħallas minn qabel ifisser li mhux qed tiġi kkurat mis-servizz tas-saħħa pubblika u li l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tiegħek mhijiex se tiġi aċċettata.

Dentisti

  • Ħlief għal każijiet akuti u ferm eċċezzjonali ta' kura primarja, il-kura tas-snien, ġeneralment, mhijiex disponibbli fis-sistema tal-istat.
  • Huma koperti biss miżuri ta' prevenzjoni u kura speċifika għat-tfal.
  • L-ispejjeż mhumiex rimborżabbli.

Kura fi sptar

  • Se jkollok bżonn riferiment tat-tabib għal kwalunkwe kura fi sptar, ħlief fil-każ ta' emerġenza.
  • Huma l-isptarijiet pubbliċi biss li joffru l-kura bla ħlas.
  • Kun ċert li turi l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tiegħek meta tidħol, għax jekk le tiġi ċċarġjat bħala pazjent privat.
  • L-ispejjeż ta' kura privata ma teħodhomx lura.

Riċetti tat-tabib

  • Il-mediċini bir-riċetta tat-tobba fis-servizz tas-saħħa pubblika jinkisbu minn kwalunkwe spiżerija ("farmacia").
  • Jekk turi li int pensjonant minn pajjiż tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera, tiġi ċċarġjat persentaġġ aktar baxx tal-prezz tar-riċetta (ħlief għal xi eċċezzjonijiet).
  • Jekk teħtieġ mediċina wara li ħriġt mill-isptar, dan ikun iddikjarat fir-rapport mediku tal-isptar. Trid tieħu r-rapport f'ċentru pubbliku tal-kura primarja ("Centro de salud") fejn tabib jagħmillek riċetta.

Ambulanza

  • Is-servizz tal-ambulanza jingħata bla ħlas meta pprovdut minn fornitur tal-kura tas-saħħa pubbliku.

Ambulanza bl-ajru

  • M’hemmx regoli speċifiċi.

Rimborż

  • Ma hemm l-ebda rimborżi għax il-kura tas-saħħa pprovduta mill-istat hija bla ħlas.
  • Jekk ikollok tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

  • Ħlief għar-riċetti tat-tabib, l-aċċess għas-sistema tal-kura tas-saħħa pubblika, inklużi l-kura primarja, il-kura speċjalizzata, il-kura fl-isptar u l-kura ta' emerġenza, hu bla ħlas, mingħajr kopagamenti.
  • Ġeneralment, se jkollok tikkontribwixxi persentaġġ tal-ispiża tal-mediċina ffinanzjata mis-sistema pubblika fuq riċetta ta' fornitur tal-kura tas-saħħa pubbliku:
    • 10%, jekk int pensjonant minn pajjiż tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera;
  • 50%, f'każijiet oħra.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

  • Jekk teħtieġ wieħed minn dawn it-tipi ta’ kura, trid tirranġa u tibbukkja l-kura medika qabel ma tasal fil-pajjiż. Ħalli żmien biżżejjed biex tagħmel l-arranġamenti kollha meħtieġa qabel tivvjaġġa.
  • Ibbukkja fornitur tal-kura tas-saħħa tal-istat. Il-kura minn fornituri tal-kura tas-saħħa privata mhijiex koperta mill-EHIC tiegħek.
  • Għandek tikkuntattja sptar biex tingħata l-kimoterapija.
  • Għandek tikkuntattja Centro de especialidades (Ċentru Speċjalizzat) jew sptar biex tingħata d-dijaliżi.
  • Għat-terapija tal-ossiġenu l-ewwel punt ta' kuntatt tiegħek hu s-Centro de Salud (Ċentru tas-Saħħa). Din il-kura tista’ tingħata wkoll minn Centro de especialidades (Ċentru Speċjalizzat) jew sptar.
  • Qabel tivvjaġġa, jekk jogħġbok ikkuntattja s-Servizzi tas-Saħħa Pubblika tal-Komunità Awtonoma tal-post fejn tkun se toqgħod. Huma se jinfurmawk dwar il-proċeduri u ċ-ċentri disponibbli.
  • Organizzazzjonijiet awtonomi tal-kura tas-saħħa

Kif napplika għal EHIC?


Fejn jaċċettaw l-EHIC


Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fi Spanja

Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)
Tel: +34 901 16 65 65  -  +34 915 42 11 76


Ikkuntattja lill-Uffiċċji Prinċipali Provinċjali tal-INSS.

Instituto Social de la Marina (ISM)
Tel: +34 917 00 66 00
Ikkuntattja lill-Uffiċċji Prinċipali Provinċjali tal-ISM.

Għall-impjegati taċ-ċivil:

Mutualidad General de Funcionarios Civiles del Estado
Tel: +34 060

Jekk jogħġbok iċċekkja l-MUFACE, il-korp tas-sigurtà soċjali għall-impjegati taċ-ċivil Spanjoli, għall-informazzjoni ta' kuntatt tal-Uffiċċju tal-Informazzjoni u tas-Servizzi Provinċjali ta' MUFACE.

Għall-uffiċjali tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja:

Mutualidad General Judicial
Tel: +34 91 586 03 00
Ikkuntattja lill-Uffiċċji Prinċipali Provinċjali tal-MUGEJU.

Għal min hu assigurat mill-ISFAS:

Instituto Social de las Fuerzas Armadas (ISFAS)
Tel: +34 91 567 76 00 or +34 90 050 43 26
Email: isfasregistro@oc.mde.es
Ikkuntattja lill-Uffiċċji Prinċipali Provinċjali tal-ISFA.

Ixxerja din il-paġna