Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

L-Estonja

Emerġenza

Helpline (tobba tal-familja)

Tervisekassa
(Fond Estonjan tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa)
Tel: +372 669 6630
Email: info@tervisekassa.ee


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Tista' tara tabib tal-familja mingħajr ħlas.
  • Trid tħallas tariffa biex tara speċjalist (bħal kardjologu, psikjatra jew ġinekologu).
  • Pazjent qatt m’għandu jħallas għall-kura medika jekk:
    • il-pazjent hu riferut minn speċjalist ieħor fl-istess sptar
    • il-pazjenta hi tqila
    • il-pazjent hu tifel jew tifla taħt is-sentejn
    • il-kura medika ta' emerġenza hi segwita minn kura in-patient
  • Tista' wkoll tara tabib privat jew tmur fi klinika medika. F'każijiet bħal dawn trid tħallas it-tariffa kollha.

Dentisti

  • Il-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa se jagħti rimborż tal-kura tas-snien lill-adulti bl-assigurazzjoni sa 60 euro fis-sena. Il-benefiċċju japplika għal servizzi tal-kura tas-snien essenzjali.  Għandek anqas minn 19-il sena? Mela tista' tgawdi mill-kura tas-snien mingħajr ħlas.
  • Dawn il-benefiċċji jistgħu jintużaw biss għand id-dentisti li kkonkludew kuntratt mal-Fond Estonjan tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa.
  • Aktar informazzjoni (bl-Ingliż)

Kura fi sptar

Hemm tariffa standard ta' kuljum għall-pazjenti in-patient sa għaxart ijiem.

M’hemm ebda tariffa għall-kura in-patient għal:

  • każijiet relatati ma' tqala u ħlas
  • kura intensiva
  • kura in-patient speċjalizzata għal pazjenti taħt it-18-il sena

Riċetti tat-tabib

  • Japplikaw rati mraħħsa differenti, skont id-djanjosi, il-mediċina, kemm ikollu żmien il-pazjent, eċċ.
  • Jekk il-mediċina ma tkunx fuq il-lista nazzjonali tal-farmaċewtiċi mediċinali, ikollok tħallas l-ispiża kollha.  Aktar informazzjoni dwar ir-rimborż tal-farmaċewtiċi hi disponibbli f’dan il-link https://www.tervisekassa.ee/en/people/pharmaceuticals.

Ambulanza

  • It-trasport bl-ambulanza hu mingħajr ħlas f'emerġenza.

Ambulanza bl-ajru

  • It-trasport tal-ambulanza bl-ajru hu mingħajr ħlas biss meta jkopri emerġenzi li jseħħu fl-Estonja.

Rimborż

  • M'hemm ebda rimborż tat-tariffi fl-Estonja. Ikollok tħallas l-ispejjeż ta' sehmek biss.
  • Jekk ikollok tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

  • Żjara fid-dar minn tabib tal-familja - sa €5
  • Konsulta ma' speċjalist – sa €5
  • Tariffa għal kura in-patient fi sptar - sa €2.50 kuljum, iżda mhux aktar minn €25 għal kull darba li jkollok toqgħod l-isptar

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

Is-servizzi huma disponibbli f'żewġ sptarijiet ewlenin


Kif napplika għal EHIC?


Fejn jaċċettaw l-EHIC


Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fl-Estonja

 

Tervisekassa (Fond Estonjan tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa)
Tel: +372 669 6630
Email: info@tervisekassa.ee

 

Ixxerja din il-paġna