Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

Minn Henning Mikkelsen, Uffiċjal ta’ Kollegament tal-UE, il-Programm Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-HIV/AIDS (UNAIDS)

Minn Henning Mikkelsen, Uffiċjal ta’ Kollegament tal-UE, il-Programm Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-HIV/AIDS (UNAIDS)

Fl-Ewropa l-għadd ta' nies li jgħixu bl-HIV kull ma jmur qed jikber, u issa laħaq total ta' 2.3 miljuni. L-għadd ta' infezzjonijiet ġodda tal-HIV għadu qed jogħla, speċjalment fil-pajjiżi ġirien.

Illum ftit nies qed imutu bl-AIDS fil-pajjiżi tal-UE fejn hu disponibbli trattament effettiv. Fil-pajjiżi ġirien tal-UE, madankollu, l-imwiet relatati mal-AIDS qed ikomplu jiżdiedu - fl-2011 kien hemm 92,000 persuna li mietu bl-AIDS.

Fir-reġjun, popolazzjonijiet speċifiċi bħall-irġiel li jkollhom sess ma' rġiel oħra u nies li jinjettaw id-drogi għadhom affettwati b'mod sproporzjonat minn prevalenza għolja tal-marda tal-HIV. L-istigma, id-diskriminazzjoni u l-ostakli legali għadhom ostakli ewlenin biex tiġi żgurata l-inklużjoni sħiħa fis-soċjetà tan-nies li jgħixu bl-HIV. Dan iwaqqaf ukoll l-aċċess għas-servizzi tal-HIV għall-biċċa l-kbira tal-popolazzjonijiet milquta. Ir-rieda u l-azzjoni politika biex jiġu indirizzati dawn l-ostakli huma essenzjali biex inaqqsu l-ispejjeż umani u finanzjarji tal-epidemija u biex iqiegħdu l-Ewropa fuq quddiem nett fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja.

Il- Komunikazzjoni dwar il-Ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi Ġirien Tagħha (2009-2013) pdftisħaq fuq l-importanza li jitħarsu d-drittijiet tal-bniedem tan-nies li jgħixu bl-HIV u tal-komunitajiet affettwati, li għandha l-għeruq tagħha fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Il-Laqgħa ta' Livell Għoli li jmiss "Id-Dritt għas-Saħħa, id-Dritt għall-Ħajja - l-HIV u d-Drittijiet tal-Bniedem fl-UE u fil-Pajjiżi Ġirien Tagħha", fis-27 u t-28 ta' Mejju fi Brussell, koorganizzata mill-Kummissjoni u UNAIDS, se turi l-progress li sar u se tippjana aktar avvanzi fis-saħħa pubblika u d-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tal-HIV.

L-HIV u d-drittijiet tal-bniedem

Aktar dwar din it-tema