Politika

Il-ġbir tad-dejta dwar il-mard trażmess sesswalment (STIs) ivarja sew bejn l-Istati Membri differenti tal-Unjoni Ewropea. Is-sistemi ta' monitoraġġ huma differenti fil-pajjiżi differenti fir-rigward ta' kopertura, kompletezza u rappreżentattività. Għalhekk, it-tqabbil tan-numri u tar-rati rapportati bejn pajjiż u ieħor mhux bilfors jagħti stampa ċara.

Politika fuq il-livell tal-UE

Il-politika tal-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan li:

  • ittejjeb it-tqabbil tad-dejta billi ttejjeb il-ġbir u l-komparabbiltà tad-dejta nazzjonali
  • tqajjem kuxjenza dwar ir-riskji tal-STIs
  • tappoġġja l-prevenzjoni tal-STIs
  • tkun ta' gwida dwar il-kontroll tal-STIs, b'mod speċjali dik l-iktar imxerrda - Klamidja (gwida dwar il-Klamidja)

Forum dwar is-saħħa sesswali

Permezz tal-Forum dwar is-saħħa sesswali Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) jsiru laqgħat regolari bejn il-Kummissjoni tal-UE, ir-rappreżentanti tal-pajjiżi tal-UE, rappreżentanti taż-żgħażagħ u riċerkaturi biex tiġi implimentata l-politika.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jipparteċipaw fid-dibattitu li għaddej dwar:

  • it-titjib tal-ġbir ta' dejta dwar il-mard trażmess sesswalment bħal:
  • - Klamidja
    - Gonorrea
    - Epatite B
    - Epatite C
    - HPV
    - Sifilide

  • l-iskambju tal-aħjar prattiċi dwar il-monitoraġġ u l-prevenzjoni tal-STIs

Ara wkoll: ir-rapport epidemjoloġiku annwali dwar il-mard li jittieħed