breadcrumb.ecName

Gwida għall-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar metodoloġija komuni għall-valutazzjoni tas-sistemi ta’ġestjoni u kontroll fl-Istati Membri

Guidelines

Data: 18 dec 2014

Perjodu: 2014-2020

Tema: Evaluation, Structural Funds management and Governance, Financial Instruments

Lingwi:   bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv

L-għan ta’ din il-gwida huwa li tipprovdi għodda prattika sabiex tgħin lill-awdituri jivvalutaw il-funzjonament ta’ MCS stabbilita mill-Istati Membri għall-programmi tal- ESIF (ħlief għall-FAEŻR).

Din tibni fuq il-gwida fis-seħħ għall-perjodu 2007-2013 u l-konklużjonijiet ta’ grupp ta’ ħidma li jinvolvi persunal meħud mis-servizzi tal-awditjar tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana, id-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni u d-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd fil-Kummissjoni, sabiex tistabbilixxi qafas ta’ referenza f’termini ta’:

  • pjegazzjoni tar-rekwiżiti prinċipali li għandhom jiġu użati (ara s-CPR u s-CDR);
  • spjegazzjoni tal-kriterji ta' valutazzjoni li għandhom jiġu użati għal kull rekwiżit prinċipali;
  • tipprovdi linji gwida għat-tfassil ta' konklużjonijiet għal kull rekwiżit prinċipali u skont l-awtorità;
  • tipprovdi linji gwida sabiex tintlaħaq konklużjoni ġenerali dwar l-MCS (jew parti mis-sistema) ta’ programm jew ta’ grupp ta’ programmi, filwaqt li jitqies kull fattur mitiganti jew kontroll kumpensatorju eżistenti

tal-Kummissjoni u tal-AAs imsemmija hawn fuq, sabiex jiżguraw l-oġġettività, ilkonsistenza u t-trasparenza fil-valutazzjoni tal-konformità tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll mar-rekwiżiti regolatorji prinċipali. Il-“passi għall-valutazzjoni” deskritti f’din innota ta’ gwida jispeċifikaw il-metodoloġija li għandha tintuża meta jitwettqu l-awditi tassistema. L-AAs huma mitluba sabiex jużaw din in-nota ta’ gwida fl-awditi tas-sistema tagħhom fuq l-MAs, is-CAs u l-IBs jew meta jagħmlu superviżjoni tax-xogħol tal-korpi tal-awditjar l-oħra involuti sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni tar-riżultati tal-awditjar u li l-awdituri li jinsabu f’partijiet differenti tal-katina ta’ kontroll ikunu jistgħu jiddependu fuq ix-xogħol ta' xulxin.