Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

Ta' Marc Sprenger, Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Ta' Marc Sprenger, Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

L-infezzjonijiet li huma reżistenti għall-antibijotiċi qed jiżdiedu b’pass allarmanti, u dan hu ta’ theddida għas-saħħa tal-bniedem. Nemmen li t-titjib fl-użu tal-antibijotiċi huwa l-aktar azzjoni importanti meħtieġa biex innaqqsu l-iżvilupp u t-tixrid tal-batterji reżistenti għall-antibijotiċi. L-antibijotiċi huma ta’ spiss użati ħażin jew meta ma jkunux meħtieġa kemm fil-bnedmin kif ukoll fl-annimali.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2001 dwar l-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobiċi fil-mediċina tal-bniedem iddikjarat li l-Istati Membri tal-UE għandhom jinfurmaw il-pubbliku ġenerali dwar l-importanza tal-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobiċi. L-ECDC, fl-2008 ddeċieda li jistabbilixxi l-Jum Ewropew tal-Għarfien dwar l-Antibijotiċi (EAAD) fit-18 ta’ Novembru bħala pjattaforma biex tipprovdi appoġġ lill-kampanji nazzjonali madwar ir-reġjun. Għas-6 sena, saru attivitajiet li jippromwovu l-użu prudenti tal-antibijotiċi f’aktar minn 40 pajjiż madwar l-Ewropa.

Il-Kummissjoni Ewropea u d-WHO/Ewropa, flimkien ma’ bosta organizzazzjonijiet professjonali u relatati mas-saħħa, ingħaqdu mal-ECDC fit-tħejjija ta' materjal ta’ komunikazzjoni u fl-ippjanar tal-attivitajiet għall-EAAD. Il-websajt tal-EAAD jinkludi materjal ta’ komunikazzjoni fil-lingwi kollha tal-Unjoni Ewropea li huma mmirati għall-pubbliku ġenerali, dawk li jipprovdu l-kura primarja u l-preskritturi fl-isptar. Il-midja soċjali qed tintuża dejjem aktar biex twassal il-messaġġi tal-EAAD, permezz ta’ siti bħal Twitter (@EAAD_EU) u Facebook (https://www.facebook.com/EAAD.EU).

Biex jitnaqqsu l-livelli ta’ reżistenza għall-antibijotiċi fl-Ewropa, nirrikonoxxu l-ħtieġa tal-kooperazzjoni dinjija. L-ECDC hu kburi li l-kampanji dwar l-użu tal-antibijotiċi fl-Istati Uniti, il-Kanada u l-Awstralja ġew allinjati mal-ġimgħa tat-18 ta’ Novembru biex jikkoinċidu mal-EAAD.

L-għarfien dwar l-antibijotiċi

Aktar dwar din it-tema