Politika

Aġenti antimikrobiċi - bħall-antibijotiċi - naqqsu l-għadd ta' nies li jmutu b'mard li jittieħed drammatikament f'dawn is-70 sena li ilhom jeżistu. Madanakollu, minħabba l-użu żejjed u l-użu ħażin ta' dawn l-aġenti, ħafna mikroorganiżmi saru reżistenti għalihom.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard jistima li r-reżistenza antimikrobika (AMR) twassal għal 25 000 mewt fis-sena u spejjeż marbuta ma' dan ta' iktar minn €1.5 biljun fi spejjeż fil-kura tas-saħħa u telf fil-produttività.

Din is-sitwazzjoni hija iktar serja minħabba li l-antimikrobiċi saru għodda essenzjali għall-mediċina moderna. Ħafna operazzjonijiet ma jkunux jistgħu jsiru mingħajrhom.

Pjan ta' azzjoni kontra r-reżistenza antimikrobika

Il-Kummissjoni fl-2011 fasslet pjan ta' azzjoni kontra t-theddida dejjem tikber mir-resistenza antimikrobikapdf li fih 12-il azzjoni għall-implimentazzjoni fil-pajjiżi membri tal-UE u li jidentifika 7 oqsma fejn l-iktar hemm bżonn miżuri:

  • attenzjoni biex l-antimikrobiċi jintużaw sew kemm għan-nies u kemm għall-annimali
  • prevenzjoni tal-infezzjonijiet mikrobjali u l-firxa tagħhom
  • żvilupp ta' antimikrobiċi effettivi ġdida jew alternattivi għall-kura
  • kooperazzjoni ma' sħab internazzjonali biex jonqos ir-riskju mill-AMR
  • titlob tal-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-mediċina għan-nies u għall-annimali
  • promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni
  • titlob tal-komunikazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ.

Promozzjoni u appoġġ

Il-Kummissjoni qed tiffinanzja għadd ta' proġetti relatati mar-reżistenza antimikrobika Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) permezz tal-Programm tas-Saħħa tagħha u qed timmonitorja r-riskju tar-reżistenza antimikrobika bl-appoġġ taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

Fl-2011, it-task force transatlantiku dwar ir-reżistenza antimikrobika Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) ppubblika rakkomandazzjonijiet għall-kollaborazzjoni futura bejn l-Istati Uniti u l-UEpdf.