Il-logo tal-Kummissjoni Ewropea

NEWSLETTER

Ħarġa 119, IS 21 ta´ Novembru 2013

Saħħa-UE

Il-mogħdija tiegħek għal informazzjoni li tista' tafdaha dwar is-saħħa pubblika

Il-Jum Ewropew tal-Għarfien dwar l-Antibijotiċi jippromwovi l-użu prudenti tal-antibijotiċi f’aktar minn 40 pajjiż

Ta' Marc Sprenger, Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Ta' Marc Sprenger, Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

L-infezzjonijiet li huma reżistenti għall-antibijotiċi qed jiżdiedu b’pass allarmanti, u dan hu ta’ theddida għas-saħħa tal-bniedem. Nemmen li t-titjib fl-użu tal-antibijotiċi huwa l-aktar azzjoni importanti meħtieġa biex innaqqsu l-iżvilupp u t-tixrid tal-batterji reżistenti għall-antibijotiċi. L-antibijotiċi huma ta’ spiss użati ħażin jew meta ma jkunux meħtieġa kemm fil-bnedmin kif ukoll fl-annimali.

 

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2001 dwar l-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobiċi fil-mediċina tal-bniedem iddikjarat li l-Istati Membri tal-UE għandhom jinfurmaw il-pubbliku ġenerali dwar [...]

F'din il-ħarġa

Aħbarijiet mill-UE » 
Rapporti minn madwar l-Ewropa » 
Avvenimenti li ġejjin » 
  Abbona
  Edizzjonijiet preċedenti
  Issuġġerixxi aħbarijiet u avvenimenti
  Ibgħat lil ħabib

Aqra l-artiklu kollu  »

F'din l-edizzjoni ukoll

Proġetti tal-Programm għas-Saħħa »

Ir-Reżistenza għall-Antibijotiċi u l-Preskrizzjonijiet għat-Tfal Ewropej (ARPEC)

Premju tal-UE għall-ġurnaliżmu fil-qasam tas-Saħħa - Artikli »

Ġisem mimli ħajja, Kim Verhaeghe, ir-rebbieħ nazzjonali 2012 għall-Belġju

Meta l-mediċini ma jaħdmux, Ben Hirschler u Kate Kelland, ir-rebbieħa nazzjonali 2011 għar-Renju Unit u rebbieħa tal-ewwel premju

It-telfa tal-ġlieda kontra s-supermikrobi, Gary Finnegan, ir-rebbieħ nazzjonali 2011 għall-Irlanda

 
 

Aħbarijiet mill-UE 

Madwar 80% tal-mard kardjovaskulari sa ċertu punt jista’ jiġi evitat – il-Kummissarju tal-UE għas-Saħħa, Tonio Borg  »

Il-Kummissarju Borg indirizza l-Grupp tal-Qalb MEP fil-Ġimgħa dwar is-Saħħa Kardjovaskulari, u enfasizza l-ħtieġa għall-prevenzjoni sabiex jiġi miġġieled il-mard kardjovaskulari.

Proċess ta’ riflessjoni dwar metodi innovattivi għall-mard kroniku fis-sistemi tas-saħħa pubblika u tal-kura tas-saħħa  »

Fil-laqgħa tiegħu tas-6 ta’ Ġunju 2011, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta konklużjonijiet dwar “Metodi innovattivi għall-mard kroniku fis-sistemi tas-saħħa pubblika u tal-kura tas-saħħa”, li jistiednu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jibdew proċess ta’ riflessjoni maħsub biex jiġi ottimizzat ir-rispons għall-isfidi tal-mard kroniku.

It-Tieni Programm tas-Saħħa: adottata d-deċiżjoni dwar l-għoti għall-2013  »

L-għoti ta’ għotjiet għal proposti għall-2013 taħt it-Tieni Programm tas-Saħħa (2008-2013) ġie adottat fid-29 ta’ Ottubru.

Tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni dwar theddid serju transkonfinali għas-saħħa  »

Id-Deċiżjoni l-ġdida hija pass importanti ‘l quddiem fit-titjib tas-sikurezza tas-saħħa fl-UE u l-protezzjoni taċ-ċittadini minn firxa wiesgħa ta’ theddidiet għas-saħħa, bħalma huma l-pandemiji possibbli u t-theddid transkonfinali serju kkawżati minn mard li jittieħed, avvenimenti kimiċi, bijoloġiċi jew ambjentali.

Il-merkurju mill-amalgama dentali – Ġabra ta' fatti bbażata fuq l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku Ewropew dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent (SCHER)  »

Din il-ġabra ta' fatti ġdida tiġbor fil-qosor ir-riskji ambjentali u indiretti fuq is-saħħa tal-merkurju mill-amalgama dentali.

Ir-rapport tal-Kummissjoni jenfasizza l-potenzjal tal-mediċina personalizzata  »

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat rapport li jenfasizza l-progress li sar fil-qasam tal-mediċina personalizzata, li għandha l-potenzjal li toffri opportunitajiet għal trattamenti ġodda għall-benefiċċju tal-pazjenti.

Rapporti minn madwar l-Ewropa 

Ippubblikat l-ewwel rapport dwar l-influwenza staġjonali  [Italja]  »

Ġie ppubblikat l-ewwel rapport dwar l-influwenza staġjonali 2013 flimkien ma’ linji gwida u materjal ta’ informazzjoni. L-influwenza staġjonali hi l-kawża ewlenija ta’ assenza mill-post tax-xogħol u l-iskola u għadha sal-lum il-ġurnata t-tielet kawża ta' mwiet fl-Italja għal mard li jittieħed.

Strateġija ta’ ħames snin dwar ir-reżistenza antimikrobika 2013-2018  [Renju Unit]  »

Din l-Istrateġija tistabbilixxi azzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi ewlenin tar-reżistenza antimikrobika (AMR) b’enfasi fuq l-antibijotiċi. L-għan ġenerali tal-Istrateġija hu li jonqsu l-iżvilupp u l-firxa tar-reżistenza antimikrobika

L-alkoħol fis-Slovenja – Ix-xejriet u l-konsegwenzi għas-saħħa tax-xorb perikoluż u proposti għal azzjoni  [Slovenja]  »

Rapport ġdid mis-Slovenja jippreżenta x-xejriet ta’ xorb żejjed li jagħmel ħsara, il-konsegwenzi fuq is-saħħa u proposti għal miżuri effettivi fil-qasam tal-politika dwar l-alkoħol.

Avvenimenti li ġejjin 

Ir-raba' laqgħa tan-Netwerk tas-Saħħa elettronika (Brussell, 19 ta’ Novembru 2013)  »

Matul il-laqgħa, se jiġu adottati l-ewwel linji gwida dwar “it-taqsira tal-pazjent”. Dawn il-linji gwida volontarji huma sett ta’ rakkomandazzjonijiet li skonthom informazzjoni medika bażika dwar il-pazjenti għandha tiġi skambjata bejn il-fruntieri tal-UE, u kif din għandha tiġi skambjata. Dan jaqa’ taħt id-Direttiva CBHC, li tappoġġa l-għan tal-"kontinwità tal-kura".

Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar l-Anzjanità Attiva u b’Saħħitha (Brussell, 25 ta’ Novembru 2013)  »

Din il-konferenza għandha l-għan li trawwem dibattitu ta’ politika ta’ livell għoli dwar kif l-aħjar tiżdied l-innovazzjoni fis-sistemi tal-kura tas-saħħa b’risposta għall-isfida demografika u kif jistgħu jinħolqu opportunitajiet relatati għat-tkabbir ekonomiku u impjiegi ġodda.

Forum Miftuħ tas-Sħubija Ewropew għall-Azzjoni Kontra l-Kanċer (EPAAC) (26-27 ta’ Novembru 2013)  »

Il-Forum hu ospitat mill-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Pubblika tas-Slovenja u se jiffoka fuq it-temi ta’ pjanijiet nazzjonali u skrining tal-kanċer, kif ukoll il-preżentazzjoni u l-konklużjonijiet finali mill-EPAAC.

Il-Kampanja tal-Forum Ewropew tal-Pazjenti għall- Elezzjonijiet tal-UE tal-2014  »

Il-kampanja għandha l-għan li tiffoka fuq il-pazjenti bħala parti mis-soluzzjoni biex jiġu indirizzati l-ostakli fundamentali fl-aċċess tal-pazjenti għal kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja, effettiva u sostenibbli.

Konferenza Konġunta dwar ir-Reżistenza Antimikrobika (Brussell, 11 ta’ Diċembru 2013)  »

Il-Kummissjoni Ewropea qed torganizza din il-konferenza bl-għan li twettaq reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni kontra t-theddid dejjem jikber mir-reżistenza antimikrobika. Id-diskussjonijiet se jiffukaw fuq l-isfidi tal-futur u l-limitazzjonijiet differenti u possibbli tal-miżuri ppjanati biex titnaqqas it-theddida dejjem tikber tar-reżistenza antimikrobika.

Din in-newsletter hi disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE
http://ec.europa.eu/health/newsletter

Jekk jogħġbok tweġibx għal dan il-messaġġ, peress li ntbagħat minn email mhux sorveljat.

Jekk tixtieq tħassar l-abbonament tiegħek għal din in-newsletter, ikklikkja hawnhekk