Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

Minn Paola Testori Coggi, id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi, il-Kummissjoni Ewropea

Minn Paola Testori Coggi, id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi, il-Kummissjoni Ewropea

Meta tipprepara l-politiki u l-proposti tagħha marbuta mas-sikurezza tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent, il-Kummissjoni tistrieħ fuq Kumitati Xjentifiċi indipendenti biex jipprovduha b'pariri xjentifiċi sodi u biex jiġbdulha l-attenzjoni għal problemi ġodda u emerġenti. Dawn l-opinjonijiet huma vitali għal dawk li jfasslu l-politika biex jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ ħarsien tas-saħħa u tal-ambjent li ċ-ċittadini Ewropej jippretendu mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Mill-1978, dawn il-Kumitati: il- Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS), il- Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent (SCHER), u l- Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji tas-Saħħa Emerġenti u Identifikati Ġodda (SCENIHR), adottaw aktar minn elf opinjoni xjentifika, li l-biċċa l-kbira minnhom servew bħala bażi għal regolamenti, li jikkontribwixxu għal tfassil tal-politika tal-UE ibbażat aktar fuq l-evidenza.

Dawn il-Kumitati Xjentifiċi, li l-membri tagħhom jinkludu xjentisti eminenti mid-dinja kollha, jirrevedu u jevalwaw id-dejta xjentifika sabiex jeżaminaw ir-riskji potenzjali f’oqsma bħal:

  • is-sikurezza ta’ bosta ingredjenti kosmetiċi (f’żebgħa tax-xagħar, fwejjaħ, sodod għat-tixmix, filtri tal-UV)
  • ir-riskji potenzjali ta’ fluworidu fl-ilma tax-xorb
  • is-sikurezza tal-amalgama dentali u materjali alternattivi għar-restorazzjoni dentali
  • in-nanomaterjali
  • id-dipendenza u l-ġibda ta’ addittivi tat-tabakkpdf

Opinjonijiet oħra jindirizzaw l-effetti fuq is-saħħa ta’:

Xogħol aktar reċenti ffoka fuq l-apparat mediku, bħalma huma s-sikurezza tal-impjanti tas-sider tas-silikon PIP u metalli f’tibdil tal-ġenb, ir-riskji possibbli għas-saħħa tas-sustanzi kimiċi (ftalati) użati fil-ġugarelli tat-tfal u f'oġġetti tat-trobbija tat-tfal u l-effetti fuq is-saħħa ta’ settijiet tat-telefown ċellulari u plejers personali tal-mużika.

Dan l-aħħar il-Kummissjoni Ewropea għażlet membri ġodda għall-Kumitati Xjentifiċi. Fl-ewwel laqgħa plenarja fil-Lussemburgu, fil-11 u t-12 ta’ April 2013, ix-xjentisti li għadhom kemm inħatru pdf se jkunu uffiċjalment milqugħa mill-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern tal-Lussemburgu.

Tliet prinċipji bażiċi jiggwidaw il-politika tal-UE dwar il-parir xjentifiku u l-ħidma ta’ dawn il-Kumitati: l-eċċellenza, l-indipendenza u t-trasparenza. Hu applikat metodu miftuħ ta' kif jiffunzjonaw biex jattira kontinwament l-aqwa xjentisti u biex jinkoraġġixxi aktar djalogu mal-partijiet interessati, bil-għan li jiġi stimolat id-dibattitu u jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni.

Fl-istess ħin, hu applikat sett robust ta’ mekkaniżmi interni biex iħares l-indipendenza tal-ħidma xjentifika u biex jipprevjeni r-riskju ta’ influwenza minn raġunijiet ekonomiċi, soċjali jew raġunijiet oħrajn mhux xjentifiċi. Qed tingħata attenzjoni partikolari biex jiġu kkomunikati r-riżultati tal-ħidma tal-Kumitati Xjentifiċi biex b’hekk jiġi żgurat li l-konklużjonijiet tagħhom huma magħrufa mil-komunità xjentifika u mill-partijiet interessati.

Il-mira aħħarija hi li ċ-ċittadini Ewropej jiġu garantiti livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u, fl-istess ħin li tippermetti lix-xjenza u l-innovazzjoni li għandhom rwol ewlieni fl-istimolu tal-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, biex b’hekk jingħata kontribut għall-kisba tal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir ekonomiku intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Tibda l-ħidma tal-Kumitati Xjentifiċi l-ġodda

Aktar dwar din it-tema