Mogħdija tan-navigazzjoni

Ibgħat lil ħabib
google +
Verżjoni għall-istampar

Is-Sigurtà tal-Konsumatur

Is-Sigurtà tal-Konsumatur

L-Unjoni Ewropea rnexxiela toħloq suq intern b’ċirkulazzjoni libera ta’ l-oġġetti u s-servizzi għall-benefiċċju, fost oħrajn, tal-konsumaturi. Sabiex tippermetti li l-konsumaturi fi kwalunkwe parti ta’ l-UE jkunu jistgħu jixtru prodotti u jużaw servizzi skond kundizzjonijiet ċari u bla ma jfeġġu sorpriżi mistura, l-UE adottat qafas legali għall-politika tal-konsumatur. Il-miżuri, kemm leġiżlattivi kif ukoll oħrajn, huma intiżi sabiex jippromwovu l-interessi, is-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi fis-suq intern, jiżguraw li t-tħassib tal-konsumaturi jitqies kif suppost fil-politiki kollha ta’ l-UE u jikkomplementaw il-politika nazzjonali dwar il-konsumaturi fl-Istati Membri. Mill-banda l-oħra, il-manifatturi huma responsabbli milli jqiegħdu fis-suq biss prodotti siguri. Jekk ma jkunux ibbażati fl-UE, dan l-obbligu jaqa' fuq ir-rappreżentant tagħhom hemmhekk jew l-importatur. L-ebda prodott disponibbli għall-konsumatur ma jista' jġorr miegħu xi riskju, jew jekk xejn riskju li ma jisboqx dak minimu mistenni jekk wieħed juża l-prodott f’kundizzjonijiet normali jew prevedibbli. Min-naħa l-oħra, il-konsumaturi għandhom kemm jista' jkun ikunu proattivi billi jżommu ruħhom informati dwar is-sigurtà tal-prodotti li jixtru.

L-UE tippromwovi attivament standards għoljin għall-konsumatur u tappoġġa l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, sabiex tqawwi r-rwol tar-rappreżentanti tal-konsumatur fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Waħda mill-miri ewlenin tagħha hija li tagħmel iċ-ċittadini Ewropej aktar konxji minn drittijiethom. L-edukazzjoni u l-promozzjoni tal-kuxjenza huma għalhekk attivitajiet essenzjali u jeħtiġilhom li jiġu indirizzati id f’id ma’ l-awtoritajiet nazzjonali.