Ibgħat lil ħabib
RSS
google +
Verżjoni għall-istampar

Minn Stefan Schreck, Kap tal-unità Informazzjoni għas-Saħħa, il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Saħħa u Konsumaturi

Minn Stefan Schreck, Kap tal-unità Informazzjoni għas-Saħħa, il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Saħħa u Konsumaturi

F'Novembru, id-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) ippubblikaw it-tieni edizzjoni tar-rapport “Ħarsa ħafifa lejn is-Saħħa: l-Ewropa".

Ir-rapport, ippreżentat f'format faċli għall-utent, jagħti sensiela ta’ indikaturi ewlenin dwar l-istatus tas-saħħa, il-fatturi determinanti tas-saħħa, riżorsi u attivitajiet għall-kura tas-saħħa, il-kwalità tal-kura, in-nefqa għas-saħħa u finanzjament f'35 pajjiż Ewropew, inklużi s-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, 5 pajjiżi kandidati u 3 pajjiżi tal-EFTA.

Il-pubblikazzjoni tirrifletti l-kollaborazzjoni twila u effettiva bejn l-OECD u l-Kummissjoni Ewropea fl-iżvilupp u r-rappurtar tal-istatistika dwar is-saħħa. Xi wħud mis-sejbiet ewlenin tar-rapport jinkludu:

  • L-istennija tal-għomor mat-twelid fil-pajjiżi tal-UE żdiedet b'aktar minn sitt snin bejn l-1980 u l-2010
  • Mard kroniku bħad-dijabete, l-ażma u d-dimenzja huma dejjem aktar prevalenti
  • Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej naqqsu l-konsum tat-tabakk permezz ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, projbizzjonijiet tar-riklamar u żieda fit-taxxa
  • It-tkabbir fl-infiq tas-saħħa per capita naqas jew waqa' f'termini reali fl-2010 fi kważi kull pajjiż Ewropew, u dan reġġa' lura x-xejra ta' żidiet kostanti

Ir- rapport sħiħ pdf(bl-Ingliż) u t- taqsira eżekuttiva pdf(fl-ilsna uffiċjali kollha tal-UE) huma disponibbli.

Ħarsa lejn is-saħħa: Ewropa 2012

Aktar dwar din it-tema