Mogħdija tan-navigazzjoni

Ibgħat lil ħabib
google +
Verżjoni għall-istampar

Indikaturi tas-saħħa tal-KE

Indikaturi tas-saħħa tal-KE

Għan ewlieni tal-Programm dwar is-Saħħa Pubblika (2008-2013) huwa li jipprovdi tagħrif komparabbli dwar is-saħħa taċ-ċittadini Ewropej billi jiżviluppa indikaturi tas-saħħa u jiġbor id-'data'. It-tagħrif li għandu jinġabar huwa intiż li jkopri imġibet il-popolazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa (p.eż. 'data' dwar l-istili ta' l-għajxien u determinanti oħra tas-saħħa); il-mard (p.eż. l-inċidenza u l-metodi biex jiġi ssorveljat il-mard kroniku, maġġuri u rari) u s-sistemi tas-saħħa (p.eż. 'data' dwar l-aċċess għall-kura, il-kwalità tal-kura pprovduta, ir-riżorsi umani, u l-vjabbiltà finanzjarja tas-sistemi tal-kura tas-saħħa).
Il-ġbir tad-'data' se jiġi bbażat fuq indikaturi tas-saħħa komparabbli applikabbli għall-Ewropa kollha, u fuq definizzjonijiet u metodi tal-ġbir u l-użu maqbula.

Skond il-Programm ta' l-UE dwar is-Saħħa attwali, ġiet elenkata lista ta' Indikaturi tas-Saħħa tal-Komunità Ewropea (ECHI). Il-ħidma fuq dawn l-indikaturi u l-ġbir tad-'data' jitwettqu minn 'Task Forces' u Gruppi ta' Ħidma kkoordinati, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Eurostat u l-programm Komunitarju dwar l-Istatistika. Se jissaħħu r-rabtiet mad-WHO, l-OECD u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn attivi fl-informazzjoni dwar is-saħħa.

L-azzjoni ta' l-UE tiffoka fuq it-titjib tal-kwalità u l-komparabilità ta' dawn l-indikaturi sabiex tiġi ffaċilitata l-analiżi ta' l-informazzjoni għall-Istati Membri u n-netwerks Ewropej, u sabiex tiżdied l-aċċessibilità għall-informazzjoni u d-'data' dwar is-saħħa pubblika. L-għan finali, għalhekk, huwa li tiġi żviluppata Sistema ta' l-Unjoni Ewropea għall-Informazzjoni u l-Għarfien dwar is-Saħħa li tkun kompletament aċċessibbli mill-esperti Ewropej u mill-pubbliku ġenerali.

Temi dwar is-saħħa: Minn A sa Z

L-avviżi bl-aħbarijiet u l-avvenimenti ta' Saħħa-UE jiġu ġġenerati awtomatikament fuq kriterji pprovduti mill-Kummissjoni Ewropea. Jista jkun fihom xi żbalji ta' klassifikazzjoni.